Ritratti tal-premjazzjoni

MatthewJuve News Leave a Comment

Photogallery oħra, din id-darba tal-ferħ tat-tim Juventin għar-rebħ tal-għaxar Coppa Italia fl-istorja tal-klabb. Tistgħu taraw anki xi ritratti tal-premjazzjoni lit-tim mill-President tar-Repubblika tal-Italja, Sergio Mattarella.

Juventus-Lazio 2-1

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-ewwel sena tiegħu ma’ Juventus, Massimiliano Allegri rnexxilu jimxi fuq il-passi ta’ Lippi li proprju meta ħa f’idejh lill-Bianconeri rebaħ id-double – scudetto u Coppa Italia. Il-Finali kontra Lazio kienet waħda missielta ferm u ħafna itqal minn kemm qatt ħsibna. Lazio huma tim organizzat u b’diversi plejers ta’ livell għoli. Huma marru fil-vantaġġ, iżda Juventus kellhom reazzjoni qawwija u wara …

Il-kwistjoni tal-istilla tal-fidda

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ tikteb illum li m’hemm imkien miktub li min jikseb għaxra Coppa Italia jkun jista’ jpoġġi fuq il-flokk stilla tal-fidda. Madankollu l-gazzetta temmen li jekk Juventus iressqu talba uffiċjali f’dan is-sens, kważi ċertament il-Lega Calcio se tawtorizza li l-proposta tidħol fis-seħħ. Loġikament is-simbolu jista’ jkun stilla tal-fidda jew kwalunkwe ħaġa oħra li eventwalment Juventus se jissuġġerixxu. Interessanti hu li kien …

Narawkom il-Club għall-Finali tal-Coppa Italia!

MatthewJuve News Leave a Comment

Nistidnukom ilkoll sabiex illejla tiġu taraw il-Finali tal-Coppa Italia fil-Club tagħna, id-dar tal-Juventini ta’ Maltin u Għawdxin. Bħal dejjem se nippruvaw noħolqu klima ta’ festa u briju adatta għall-familja kollha. Għal min irid is-Segretarjat se jkun miftuħ biex tinkitbu membri jew iġeddu l-membership mal-Club tagħna. Il-bar ikun miftuħ bi prezzijiet għal kulħadd, kif ukoll għandna l-aqwa souvenir shop ta’ Malta. …

Il-Finali tal-Coppa Italia li Juventus lagħbu s’issa

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla Juventus se jkunu qed jilagħbu għall-ħmistax-il darba fil-Finali tal-Coppa Italia, liema Finali f’diversi edizzjonijiet tal-passat kienet tintlagħab fuq żewġ partiti. Mill-erbatax-il Finali li Juventus lagħbu s’issa kellna disa’ rebħiet Bianconeri u ħames Finali mitlufa. L-ewwel rebħa f’din il-kompetizzjoni tmur lura għall-1938, filwaqt li l-aħħar darba li għollejna t-tazza kien proprju 20 sena ilu. Fl-aħħar tliet Finali Juventus naqsu milli …

Kif se jilagħbu llejla

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus (4-3-1-2): Storari; Lichtsteiner, Bonucci, Chiellini, Evra; Pogba, Pirlo, Pereyra; Vidal; Llorente, Tevez.  Sostituti: Buffon, Rubinho, De Ceglie, Barzagli, Marrone, Ogbonna, Padoin, Asamoah, Sturaro, Pepe, Coman, Matri. Kowċ: Massimiliano Allegri. Sospiżi: Morata, Marchisio Neqsin: Caceres, Romulo   Lazio (4-2-3-1): Berisha; Basta, De Vrij, Mauricio, Radu; Parolo, Ledesma; Candreva, Mauri, Felipe Anderson; Klose.  Sostituti: Marchetti, Strakosha, Novaretti, Gentiletti, Braafheid, Cavanda, Onazi, …