Uffiċjali: X’jgħid il-protokoll dwar il-kwarantina

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Ministru Taljan tas-Saħħa, Speranza, illum ippubblika d-dokument uffiċjali tal-protokoll f’dak li jirrigwarda l-kwarantina tal-plejers tal-futbol. Bażikament f’każ li plejer jinstab pożittiv għall-Covid-19, se jibqa’ l-obbligu għat-tim kollu li jqatta’ perjodu ta’ iżolament ta’ erbatax-il ġurnata. Madankollu l-klabb jista’ jagħmel, spejjeż tiegħu, test molekolari li permezz tiegħu f’temp ta’ erba’ sigħat ikun stabbilit liema plejers u membri tal-istaff mhumiex pożittiv dakinhar …

Bidla importanti fil-protokol f’dak li għandu x’jaqsam mal-kwarantina

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Kumitat Tekniku-Xjentifiku approva l-bidla mitluba mill-FIGC għall-protokol li għandu x’jaqsam mal-kampjonat tas-Serie A. Minn issa jekk plejer jinstab pożittiv għall-Covid-19, m’hemmx bżonn li t-tim kollu jagħmel perjodu ta’ iżolament. L-Italja se timxi fuq il-mudell tal-Bundesliga: il-plejer pożittiv biss se jkollu jagħmel il-kwarantina, filwaqt li l-bqija tal-istaff tekniku u l-plejers l-oħra tat-tim se jsirulhom biss swab tests biex ikun aċċertat li …

Inspection tal-FIGC fil-Continassa

MatthewJuve News Leave a Comment

Spetturi tal-FIGC illum għamlu inspection fil-faċilitajiet sportivi ta’ Juventus u Sampdoria. Xogħolhom kien li jaraw li kollox miexi skont il-protokol sanitarju. Fil-jiem li għaddew saru inspections fit-training grounds ta’ Fiorentina, Lazio, Lecce, Milan, Napoli, Roma, Cagliari u Inter. Fil-jiem li għaddew se jkun imiss lill-klabbs l-oħra. Matthew Scerri

Dybala, Matuidi u Rugani rkupraw kompletament mill-virus

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-virus tal-Covid-19 jidher li ma ħalla ebda effett fuq Dybala, Rugani u Matuidi. It-tlieta li huma, kif kulħadd jaf, kienu morda bil-virus. Fl-aħħar ġimagħtejn ittrenjaw b’mod kostanti u dehru li jinsab fiżikament f’posthom. Huma mhux qed ikollhom problemi biex jittrenjaw u l-istaff mediku jidher sodisfatt li klinikament t-tlieta li huma fiequ għal kollox. Matthew Scerri

Suspett li membru tal-istaff ta’ Bologna hu pożittiv għall-Covid-19

MatthewJuve News Leave a Comment

Bologna ħarġu stqarrija fejn infurmaw li membru tal-istaff tagħhom jista’ jkun li hu pożittiv għall-Covid-19. Għaldaqstant minn għada t-training kollettiv se jieqaf u minflok il-plejers se jkunu qed jittrenjaw b’mod individwali u f’ħinijiet differenti. Jekk tasal il-konferma li din il-persuna għandha l-Covid-19, allura t-tim kollu se jkun qed jibda perjodu ta’ iżolament. Matthew Scerri

Il-plejers li waslu minn barra l-Italja jistgħu ma jagħmlux il-kwarantina jekk …

MatthewJuve News Leave a Comment

Ftit jiem ilu Zlatan Ibrahimovic wasal lura l-Italja. L-istaff mediku ta’ Milan għamlulu żewġ swab tests f’temp ta’ 48 siegħa u peress li kellu żewġ riżultati negativi, hu m’għandux għalfejn jagħmle kwarantina. Din l-istess prattika tista’ tintuża anki minn Juventus għall-plejers tagħhom sabiex minn dil-ġimgħa il-plejers kollha t-tim jkunu jistgħu jittrenjaw flimkien. Matthew Scerri