Posts

B’kollox hemm disa’ każijiet ta’ Covid fit-tim Under 23 ta’ Juventus

Juventus Under 23 se jkunu qed jilagħbu kontra t-tim ta’ Albinoleffe. B’kollox il-Bianconeri se jkollu disgħa neqsin minħabba li nstabu pożittivi għall-Covid-19. Ħamsa minnhom huma plejers: Radu Dragusin, Lucas Rosa, Tommaso Barbieri, Matteo Bucosse u Wesley. Apparti dawn il-ħamsa, hemm anki l-kowċ Zauli u tliet persuni oħra mill-istaff tiegħu li huma morda bil-Covid.

Matthew Scerri

Kienet se terġa’ tirrepeti ruħha l-istorja ta’ Juventus-Napoli imma did-darba l-ASL ġabet ruħha b’mod differenti

Telgħu għal ħamsa l-plejers ta’ Parma pożittivi għall-Covid-19. Skont Il Corriere della Sera, l-ASL ta’ Parma għall-ewwel ma riedx jawtorizza lit-tim ta’ Parma jivvjaġġa lejn Udine. Jidher li saru xi telefonati bejn uffiċċjali tal-ASL u rappreżentanti tal-Lega Calcio sabiex jiddiskutu dak li kellu jiġri. Wara xi erba’ sigħat l-ASL tat permess lit-tim ta’ Parma jmur Udine għall-partita t’għada kontra Udinese.

Matthew Scerri

Dragus ta’ Crotone pożittiv għall-Covid-19

Ftit sigħat qabel Crotone-Juventus, tħabbar li l-plejer ta’ Crotone, Denis Dragus instab pożittiv għall-Covid-19. Fil-jiem li għaddew hu kien impenjat mat-tim nazzjonali Rumen ta’ taħt il-21 sena. F’dawn iż-żminijiet hi ħaġa tassew ridikola li l-FIFA u l-UEFA komplew għaddejjin bil-partita tat-timijiet nazzjonali qisu xejn mhu xejn. It-taħlit u l-ħafna vjaġġi tal-plejers żgur li huma mezz kif il-virus se jkompli jinfirex fid-dinja tal-futbol.

Matthew Scerri

Tliet każijiet oħra ta’ Covid-19 fl-Under 23

Żewġ plejers u membru tal-istaff tal-Under 23 ittestjaw pożittivi għall-Covid-19 fl-iswab tests tal-bieraħ. Il-plejers huma Bucosse u Wesley. It-tim kollu tal-Under 23 jinsab f’iżolament ‘fiduciario’ li tajjeb infakkru li jfisser li t-tim jinsab qed jgħix maqtugħ mill-bqija tal-komunità imma jista’ jittrenja xorta waħda.

Matthew Scerri

Botta u risposta bejn Ronaldo u l-Ministru Spadafora

Waqt Live fuq Instagram, Ronaldo stqarr li hu ma kisirx il-protokoll fl-ebda mument u anzi tenna li mexa mar-regolamenti kif kien mistenni. Ftit wara waslet ir-risposta tal-Ministru Spadafora li baqa’ jsostni li Ronaldo kiser il-protokoll għax ma baqax fil-JHotel sakemm saru l-iswab tests meħtieġa biex seta’ joħroġ. Żied anki: “Il-fama u l-bravura ta’ ċerta plejers tagħmilhom arroganti, ma jirrispettawx l-awtoritajiet u twassalhom anki biex jigbdu.” Ir-riferiment kien ovvjament għal Ronaldo. Fil-fehma tagħna, Ministru m’għandux joqgħod jidħol f’polemiki ta’ dat-tip. L-awtoritajiet għandhom il-mezzi kollha għall-infurzar u min jikser ir-regolamenti hu xieraq li jħallas, mingħajr ovvjament ma jiġi mgħajjar giddieb mill-Ministru.

Matthew Scerri

Il-Ministru: “Nemmen li Ronaldo kiser il-protokoll”

F’intervent waqt il-programm Il Mix delle Cinque imxandar fuq Radio 1 il-Ministru tal-Isports, Spadafora sostna li jemmen li Ronaldo kiser il-protokoll. Fi kliemu la darba ma kienx hemm il-permessi mill-awtoritajiet, Ronaldo jista’ jitqies li kiser il-protokoll.

Infakkru li Ronaldo u xi plejers oħra Juventini ma baqgħux fl-iżolament ‘fiduciario’ peress li riedu jmorru jilagħbu għat-tim nazzjonali tagħhom. Il-problema tibqa’ li hemm protokolli differenti f’diversi oqsma, f’diversi pajjiżi u saħansitra l-Uefa għandha protokolli differenti minn dawk tal-FIGC.

Matthew Scerri

McKennie pożittiv għall-Covid-19!

Weston McKennie nstab pożittiv għall-Covid-19. Bħal Ronaldo hu m’għandux sintomi u jidher li jinsab tajjeb. Kif jitlob il-protokoll, Juventus mill-ewwel iżolaw lit-tim fl-hekk imsejjaħ ‘isolamento fiduciario’.

Matthew Scerri

Ronaldo fi triqtu lejn Turin!

Cristiano Ronaldo se jqatta’ l-perjodu ta’ kwarantina f’Turin skont ABola u Calciomercato.com. Għall-kuntrarju ta’ dak li deher għall-ewwel, Ronaldo mhux se jibqa’ l-Portugall sakemm ikun negattiv. Hu minflok jinsab fi triqtu lejn Turin bil-jet privat tiegħu. Mal-wasla tiegħu l-Italja, hu se jmur id-dar tiegħu fejn se jibqa’ sakemm jirriżulta negattiv.

Matthew Scerri

Ronaldo se jkun jista’ jilgħab jekk …

Cristiano Ronaldo jinsab tajjeb u m’għandux sintomi tal-Covid-19. Il-Federazzjoni Portugiża xandret ritratt ta’ Ronaldo jitbissem waqt li kien qiegħed fix-xemx fil-lukanda fejn attwalment qed iqatta’ l-kwarantina tiegħu. Għalissa hu se jibqa’ l-Portugall u se jmur lura l-Italja biss malli jirriżulta negattiv.

Tuttosport qed tirraporta li hu żgur se jitlef il-partiti kontra Crotone u Dynamo Kiev, it-tnejn li huma se jintlagħbu bejn is-Sibt u t-Tlieta. Hu se jkun jista’ jilgħab mill-ġdid fl-Italja jekk ikun negattiv sa lejlet il-partita, filwaqt li l-protokoll Uefa jippermetti li plejer ikun jista’ jilgħab jekk ikun negattiv sa ġimgħa qabel il-partita.

Matthew Scerri