Coulibaly sejjer ma’ Inter

MatthewJuve News Leave a Comment

Coulibaly ta’ Pescara x’aktarx se jispiċċa ma’ Inter. Fil-ġimgħat li għaddew Juventus kienu qed jitkellmu ma’ Pescara dwar il-possibbiltà li jixtruh. Madankollu fl-aħħar sigħat kien hemm kuntatti bejn Ausilio ta’ Inter u Pescara, liema kuntatti wasslu biex il-klabbs allegatament isibu ftehim bejniethom. Matthew Scerri

Konfermat l-interess ta’ Juventus f’Coulibaly

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Pescara, Sebastiani konferma li hemm interess minn Juventus, Milan u Genoa għal Coulibaly. Hu spjega li Juventus mhumiex aktar disposti jixtru plejers żgħar u jħalluhom b’self ma’ timijiet oħra. L-istrateġija tal-Bianconeri hi li jieħdu l-plejers magħhom u jagħtuhom l-opportunità li jimmatura fi ħdan it-tim tagħhom. Matthew Scerri

Coulibaly, l-immigrant irregolari li daqt jiffirma għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Mamadou Coulibaly jinsab tassew qrib li jsir plejer ta’ Juventus. L-istorja tiegħu hi tassew waħda partikolari. Minkejja li familtu fis-Senegal ma kinitx fqira, fl-2015 telaq minn pajjiżu flimkien ma’ ħabib tiegħu. Mar il-Marokk minn fejn qabad dgħajsa u vvjaġġa lejn l-Italja bħala immigrant irregolari. Hu jgħid li lanqas kellu l-flus biex iħallas il-vjaġġ u kien hemm raġel li ħenn għalih. …

Paratici f’laqgħa ma’ Pescara dwar xi plejers

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-lukanda Rumana fejn it-tim Juventin qed iqatta’ dawn il-ftit jiem tal-Finali tal-Coppa Italia, aktar kmieni llum seħħet laqgħa bejn Fabio Paratici u tliet diriġenti ta’ Pescara: il-President Sebastiani, id-Direttur tal-Isports Luca Leone u l-klabb manager Simone Pepe (kariga li daqt jibda jokkupa). Paratici talabhom ftit tal-informazzjoni dwar Coulibaly. Fl-istess ħin Pescara esprimew ix-xewqa li jkollhom fit-tim tagħhom lil Favilli u …

Marotta jitkellem dwar il-futur ta’ Allegri u Coulibaly

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Pescara-Juventus, Beppe Marotta ddikjara li l-kuntratt ta’ Allegri mhuwiex argument li qed jitkellmu dwaru. Hu tenna li ċ-ċiklu ta’ Allegri ma’ Juventus mhuwiex mitmum u għaldaqstant hemm il-premessi kollha sabiex il-kowċ jibqa’ jmexxi lit-tim Juventin. Dwar Coulibaly, Marotta kkonferma li Juventus qed isegwuh bħalma jsegwu kull żagħżugħ ta’ talent. Matthew Scerri

Juventus jaraw fl-azzjoni lil Coulibaly

MatthewJuve News Leave a Comment

Kontra Pescara, Juventus se jkunu jistgħu jaraw fl-azzjoni lil Mamadou Coulibaly. Hu kien segwit fl-aħħar ġimgħat u jista’ jagħti l-każ li l-Bianconeri jressqu offerta għalih. Coulibaly wasal l-Italja bħala immigrant irregolari u issa qed jattira fuqu l-attenzjoni tal-klabbs il-kbar tal-Italja. Matthew Scerri