Paratici fl-azzjoni għal Arias u Cristante

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici qatta’ xi ħin ta’ ħidma f’Bergamo. Hu assista għall-partita Kolombja-Eġittu sabiex jara mill-qrib fl-azzjoni lil Arias, il-full-back Kolombjan ta’ PSV. F’din l-istess okkażjoni, Paratici tkellem ma’ xi uffiċċjali ta’ Atalanta dwar Bryan Cristante. Fuq dan tal-aħħar jidher li hemm interess qawwi minn Roma li qed jiġu indikati bħala l-favoriti nett li jiksbuh. Matthew Scerri

Sturaro bi tpartit ma’ Cristante?

MatthewJuve News Leave a Comment

Stefano Sturaro jaf jitlaq lil Juventus das-sajf bi tpartit għall-akkwist ta’ plejer ta’ nofs il-grawnd bi kwalitajiet ferm aħjar minn tiegħu. B’mod partikolari qed jissemma li Sturaro jista’ jkun offrut lil Atalanta bħala parti mill-ftehim għall-akkwist ta’ Bryan Cristante. Din l-aħbar qed tingħata bi prominenza minn Sportmediaset. Matthew Scerri

L-alternattivi jekk ifalli l-akkwist ta’ Emre Can

MatthewJuve News Leave a Comment

Tuttosport qed tirrimarka li l-għaxart ijiem li Marotta kien tkellem dwarhom għall-akkwist ta’ Emre Can għaddew. Għaldaqstant hu probabbli li Juventus se jibdew iħarsu madwarhom għal alternattivi possibbli. L-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Adrien Rabiot u Aaron Ramsey. Fl-Italja hemm interess f’Pellegrini, Barella u Cristante. Matthew Scerri

Emre Can u xi ħaddieħor f’nofs il-grawnd għas-sena d-dieħla

MatthewJuve News Leave a Comment

Forsi għal xi wħud Juventus m’għamlu xejn f’dis-sessjoni tas-suq tat-trasferimenti. Fil-verità kien hemm ħidma qawwija għall-futur min-naħa ta’ Marotta u Paratici. It-tim preżenti sejjer tajjeb u fl-opinjoni ta’ Juventus ma kienx hemm il-ħtieġa li jissaħħaħ iktar. Biex ngħidu kollox mhux li kien hawn wisq plejers ta’ klassi għall-bejgħ. Għalhekk l-attenzjoni daret fuq it-tim tal-futur. Nafu li hemm kuntatti kontinwi għal …