Marotta u Paratici sejrin il-Ġermanja

MatthewJuve News Leave a Comment

Marotta wiegħed li sal-partita kontra Roma se jkun akkwistat plejer f’nofs il-grawnd biex isaħħaħ lit-tim ta’ Allegri. Dan ifisser li l-ġimgħa d-dieħla se jkollna dan l-akkwist. F’dan is-sens ‘Tuttosport’ qed tirraporta li Marotta u Paratici sejrin il-Ġermanja l-ġimgħa d-dieħla. Huma se jkollmu lil Schalke u Borussia dwar Draxler u Mkhitaryan. Kulma jmur jidher li Draxler mhux ġej l-Italja, filwaqt li …

Min se jkun Mister X?

MatthewJuve News Leave a Comment

Marotta lbieraħ wiegħed l-akkwist ta’ midfielder, plejer li kapaċi jilgħab f’pożizzjonijiet differenti u mhux neċessarjament trekwartista. Hu sostna li Juventus waqqfu kull negozjat għal Draxler u fil-fatt il-Ġermaniż se jingħaqad ma’ Wolfsburg minflok De Bruyne. Issemmew xi plejers ta’ nofs il-grawnd tipo Illaramendi u Casemiro ta’ Real Madrid, biss dawn qishom mhux jikkonvinċu wisq. Allura min se jkun Mister X? …

Ċans tajjeb għal Cuadrado

MatthewJuve News 1 Comment

Cuadrado lbieraħ ma’ lagħabx ma’ Chelsea kontra Swansea. Dan jista’ jkun sinjal li Mourinho m’għadux jemmen fih u lest ibigħu jew jisilfu. X’aktarx Juventus se jippruvaw imorru għalih fl-aħħar jumejn tas-suq tat-trasferimenti. Matthew Scerri

Mill-ġdid Cuadrado u Sneijder

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-problemi li Juventus qed ikollhom biex jixtru lil Draxler, Gotze jew Isco, qed iwasslu biex Juventus imorru lura għal xi objettivi li kellhom qabel. L-ewwel nett hemm Cuadrado, li Chelsea lesti jisilfulna bid-dritt li nixtruh għal kollox is-sena ta’ wara għal 25 miljun Ewro. Imbagħad hem Sneijder li llum jiswa bejn 6 u 8 miljuni. Matthew Scerri

L-alternattivi l-oħra f’każ li jfalli l-akkwist ta’ Gotze

MatthewJuve News Leave a Comment

F’każ li Marotta ma jirnexxilux jakkwista lil Mario Gotze, Juventus għandhom xi plejers oħra li qed jikkunsidraw. Qabel xejn hemm Draxler u  Cuadrado, b’Marotta u Paratici spiss ikollhom kuntatti mal-aġenti tagħhom. Imbagħad hemm bħas-soltu Oscar, Isco u Ozil, li huma kemxejn iktar diffiċli biex jinxtraw minħabba l-prezz. Matthew Scerri

Kif tista’ tinbidel il-Juventus bit-tluq ta’ Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-bejgħ ta’ Vidal jista’ jiftaħ it-triq għall-akkwist ta’ plejer ta’ fama. Marotta qed jikkunsira li jixtri bil-flus ta’ Vidal lil Mario Gotze jew inkella Cuadrado. Jista’ jagħti l-każ li l-flus jiġu investiti fl-akkwist ta’ Isco jew Oscar. Barra minn hekk se jkun hemm investimenti oħra li potenzjalment jistgħu jseħħu: Alex Sandro, Draxler, Ozil, Praet u De Bruyne. Matthew Scerri

Chelsea jridu 34 miljun Ewro għal Cuadrado

MatthewJuve News 1 Comment

Chelsea jinsabu disposti li jneħħu lil Cuadrado. Huma però qed jinsistu għalissa li jridu biss bejgħ għall-prezz ta’ 34 miljun  Ewro. Juventus u xi klabbs oħra jridu lil Cuadrado, però ħadd mhu lest iħallas daqshekk għalih. Probabbli li iktar ‘il quddiem Chelsea jċedu u jaċċettaw li jħallu lil Cuadrado jitlaqhom b’self. Matthew Scerri