Juventus-Inter bil-Curva Sud magħluqa?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Curva Sud tal-Allianz Stadium jaf tkun magħluqa u bla supporters għaż-żewġ partiti li jmiss tal-kampjonat minħabba passi dixxiplinari. Waqt Juventus-Spal reġgħu nstemgħu korijiet kontra l-belt ta’ Napli. Jekk l-ispetturi tal-FIGC niżżlu dawn l-episodji fir-rapporti tagħhom, hu żgur li l-Curva Sud tingħalaq għal żewġ partiti, li ovvjament ikun ifisser li Juventus-Inter se tintlagħab mingħajr l-ultras ta’ Juventus. Matthew Scerri

Is-supporters jipprotestaw għall-fatt li l-Curva Sud se tibqa’ magħluqa dakinhar ta’ Juventus-Genoa

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-supporters Bianconeri ma jridux jaċċettaw is-sentenza tat-Tribunal tal-Appell tal-FIGC li ddeċieda li l-Curva Sud fl-Allianz Stadium għandha tibqa’ magħluqa dakinhar ta’ Juventus-Genoa. Is-sentenza waslet b’rabta mal-proċess quddiem il-Giustizia Sportiva dwar l-indħil tal-‘Ndrangheta fil-bejgħ mill-idejn ta’ biljetti ta’ partiti fl-Allianz stadium. Kif għidna s-supporters ma jridux jaċċettaw din id-deċiżjoni u online qed jidher flyer li jistieden lis-supporters jiltaqgħa dakinhar stess ftit …

Juventus-Napoli. Il-Curva Sud miftuħa għas-supporters

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Qorti Sportiva tal-Appell reġgħet ipposponiet kull deċiżjoni dwar il-kundanna li l-Curva Sud tal-Juventus Stadium tibqa’ magħluqa għal 2 partiti minħabba l-bomba fid-Derby kontra Torino. Il-Qorti tablet iktar informazzjoni dwar il-każ. Għaldaqstant għada l-ultras ta’ Juventus se jkunu jistgħu jassistu għal Juventus-Napoli mill-Curva Sud u l-premjazzjoni lit-tim bit-tazza tal-kampjonat ma ssirx fi stadium nofsu vojt. Matthew Scerri