Alessandro Dal Canto m’għadux il-kowċ ta’ Juventus Primavera. Kienu Juventus FC stess li ħabbru dan permezz ta’ stqarrija fejn irringrazzjaw lil Dal Canto għax-xogħol kollu li għamel. Minflok qed jissemma ħafna Alessio Tacchinardi. Matthew Scerri
Dal Canto hu l-kowċ il-ġdid ta’ Juventus Primavera
Alessandro Dal Canto hu l-kowċ il-ġdid ta’ Juventus Primavera u se jieħu post Grosso li mar ma’ Bari. Dal Canto fil-bidu tas-snin Disgħin lagħab ma’ Juventus Primavera flimkien ma’ Del Piero u kien iddebutta anki mat-tim tal-kbar ta’ Juventus. Hu għandu esperjenza bħala kowċ kemm ta’ timijiet Primavera oħra, timijiet tas-Serie B u anki l-Italja Under 17. Matthew Scerri