Kuntatti bejn Juventus u l-aġenti ta’ Dani Alves

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus kellhom laqgħa mal-aġenti ta’ Dani Alves skont Goal.com. Il-Brażiljan bħalissa jinsab bla klabb u qed ikollu kuntatti ma’ diversi klabbs Ewropej. S’issa nafu fiċ-ċert li tkellem ma’ Manchester City, Inter u Juventus. Il-Bianconeri ma tantx jidhru konvinti li jagħtuh kuntratt ġdid hekk kif hu qed jitlob paga ta’ 7 miljuni fis-sena. Matthew Scerri

Dani Alves: “Tlaqt lil Juventus biex nirbaħ iċ-Champions League”

MatthewJuve News

F’intervista mogħtija lis-sit tal-Fifa, Dani Alves ta verżjoni oħra l-għaliex telaq lil Juventus. Wara li smajna diversi verżjonijiet, issa Dani Alves sostna li l-akbar xewqa tiegħu hi li jirbaħ iċ-Champions League. Kien għalhekk li telaq lil Juventus bħalma anki Neymar għażel lil jitlaq Barcellona għall-istess raġuni. Matthew Scerri

Dani Alves: “Ma kontx kuntent ma’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Preżenti għall-Gran Galà del Calcio, Dani Alves spjega li r-raġuni l-għala telaq lil Juventus hi li ma kienx kuntent mal-Bianconeri kif inhu s-soltu tiegħu. Hu xtaq jgħolli l-livell, imma skontu Juventus ma fehmux din il-ħtieġa tiegħu. Għalhekk kien imdejjaq u għażel li jitlaq. Minkejja dan kollu, però, xorta waħda rringrazzja lil Juventus għall-opportunità li tawh. Dani Alves ikkritika anki lill-futbol …

Dani Alves jispjega l-problemi li kellu f’Turin

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn Four Four Two, Dani Alves stqarr li meta ddeċieda li jħalli lil Barcellona, qabad u għażel lil Juventus mingħajr ma qabad iħares wisq madwaru. Hu sostna li b’din id-deċiżjoni spiċċa weġġa’ lil ħafna nies għal qalbu. Fil-fatt għalih ma kienx faċli minn Turin jaqbad ajruplan u jmur Spanja jżur lit-tfal tiegħu. Lanqas ma kien possibbli li seħbitu tmur …

Dani Alves: “Juventus ma fehmux l-istil ta’ logħob tiegħi”

MatthewJuve News Leave a Comment

“Jien plejer li jħobb jilgħab bil-ballun f’saqajh u li xi kultant jirriskja xi ħaġa wkoll. Sħabi tat-tim ma’ Juventus ma kinux jirriskjaw. Naħseb li Juventus ma fehmux l-istil ta’ logħob tiegħu u għalhekk ma kontx kuntent. Ridt esperjenza ġdida. Xorta waħda, nibqa’ dejjem grat lejn Juventus.” Hekk tkellem Dani Alves. Wara l-istorja tal-mużika fid-dressing room, issa għandna din il-verżjoni wkoll …

Messaġġ sabiħ min-naħa ta’ Dani Alves

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel il-partita tal-bieraħ Dani Alves tella’ fuq Instagram messaġġ għad-dinja Juventina. Hu sostna li dak kien jum speċjali għalih għax kien se jiltaqa’ ma’ nies li jħobb u li għandhom ir-rispett tiegħu. Magħhom għex mumenti li ma jinsa qatt. Fi kliemu stess l-unika intenzjoni tiegħu kienet dejjem li jgħin lil Juventus jilħqu d-dimensjoni li tirrifletti x-xewqat u l-aspirazzjonijet tal-persuni li …

Mandzukic jiċħad li qatt ta intervista fejn tkellem dwar ġlied bejn Dani Alves u Bonucci

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum għal xi ħin kienet qed tiċċirkola online intervista ta’ Mario Mandzukic lil ċertu ġurnalist Serb, Darko Meznovic. F’din l-intervista Mandzukic tkellem dwar ġlied f’Cardiff bejn Dani Alves u Bonucci.  L-intervista hi waħda vvintata tant li Mandzukic stess kellu jitkeb fuq Instagram dan li ġej: “Words have been attributed to me regarding Dani and Leo. I have NEVER said such …

Dani Alves ipeċlaq kontra Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Dani Alves ikompli jitlef il-kredtu f’għajnejn is-supporters ta’ Juventus. Mistoqsi x’inhi d-differenza bejn Juventus u PSG, Dani Alves kellu l-wiċċ tost jgħid li d-diffenza hi waħda ta’ ambizzjoni u organizzazzjoni. Skontu fi ħdan PSG hemm organizzazzjoni kbira. Kliem li frankament jixhdu nuqqas kbir ta’ rispett lejn Juventus u lejn is-supporters Bianconeri. Issa naraw fi tmiem l-istaġun x’se jkunu r-riżultati li …

Dani Alves telaq minħabba episodju li seħħ ġimagħtejn qabel il-Finali ta’ Cardiff?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta Spanjola Sport ħarġet bl-aħbar li Juventus kienu rrabjati ferm ma’ Dani Alves qabel il-Finali ta’ Cardiff u għalhekk ħallewh jitlaq. Jirriżulta li madwar ġimagħtejn qabel il-Finali ta’ Cardiff, Dani Alves ħa miegħu lil Dybala u mar Barcellona jiddeverti. Atteġġamenti ta’ dan it-tip xejn ma jogħġbu lil Juventus u hu għalhekk li ma riduhx iktar fit-tim tagħhom. Matthew Scerri