Dani Alves jerġa’ fiċ-ċentru tal-polemiki

MatthewJuve News Leave a Comment

Pudina oħra min-naħa ta’ Dani Alves li fuq is-social media tella’ ritratt taż-żarbun li bih lagħab il-Finali taċ-Champions League tal-2015, liema Finali hu kien rebaħ proprju kontra Juventus. Bħalissa kulma qed jagħmel Dani Alves donnu qed jindika li m’għadux moħħu f’Juventus. Tgħid verament wasal biex jitlaq? Matthew Scerri

X’lesti joffru Manchester City għal Dani Alves

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta Ingliża ‘Guardian’ qed tirraporta li Manchester City fil-jiem li ġejjin se jressqu lil Juventus offerta ta’ madwar 5 miljun Sterlina (bejn wieħed u ieħor 6 miljun Ewro) sabiex jiksbu lil Dani Alves. Il-captain tal-Brażil, fl-età ta’ 34 sena, jista’ jkun l-eredi ta’ Sagna u Clichy mat-tim ta’ Guardiola. Matthew Scerri

Ħu Maradona iwieġeb għall-kliem ta’ Dani Alves u jżeffen fin-nofs lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Dani Alves dil-ġimgħa tkellem anki kontra Maradona. Hu sostna li Maradona lanqas biss joqgħod ħdejn Messi tant hu hekk li ma rebaħ il-Ballun tad-Deheb bħal Messi. Dani Alves hu anki tal-idea li Maradona mhuwiex ta’ eżempju għaż-żgħar peress li rebaħ Tazza tad-Dinja b’gowl li kien skurja b’idejh. Ma naqsitx risposta min-naħa ta’ ħu Maradona, Hugo. Skont Hugo, Dani Alves irid …

Manchester City jinsabu f’kuntatti mal-aġent ta’ Dani Alves

MatthewJuve News Leave a Comment

It-tim Ingliż li verament għamel kuntatt mal-aġent ta’ Dani Alves hu dak ta’ Manchester City. Skont ‘Calciomercato.com’ fil-jiem li għaddew uffiċċjali ta’ Manchester City avviċinaw lill-aġent ta’ Dani Alves u għarrfuh li Guardiola jridu fit-tim tiegħu. Dani Alves għad għandu relazzjonijiet mill-aqwa ma’ Guardiola u verament qed jikkunsidra li jitlaq lil Juventus. Min-naħa tagħhom il-Bianconeri lesti jħalluh jitlaq jekk hu …

Messaġġ ta’ addijo lil Dani Alves min-naħa ta’ Higuain?

MatthewJuve News Leave a Comment

L-intervista tal-bieraħ li Dani Alves ta lil Canais Esporte Interativo ħalliet lis-supporters Bianconeri pjuttost imħawdin dwar il-futur tal-captain tal-Brażil. Hu, fil-fatt, ma eskludiex li fil-futur qarib imur jilgħab l-Ingilterra. Biex tkompli tgħaxxaqha Higuain ħawwad iktar l-imħuħ tas-supporters permezz ta’ messaġġ forma ta’ filmat li hu tella’ fuq is-social media. Fil-messaġġ Higuain jindirizza lil Dani Alves u jgħidlu: “kien pjaċir kbir …

Mijatovic joħodna kontra Dani Alves għax qal il-verità!

MatthewJuve News Leave a Comment

Pedrag Mijatovic, il-plejer li ddeċieda l-Finali tal-1998 bejn Juventus u Real Madrid, ħadha qatta’ bla ħabel ma’ Dani Alves li qal dak li kulħadd jaf: dik il-Finali ntrebħet minn Real b’gowl offside. Mijatovic qal li “Dani Alves qatt ma kien intelliġenti fid-dikjarazzjoni tiegħu.” Hu żied li ma kienx offside u li t-Taljani dejjem iridu jwaħħlu f’affarijiet hekk meta jitilfu. Mijatovic, …

Weekend romantiku għal Dani Alves

MatthewJuve News Leave a Comment

Weekend romantiku għal Dani Alves li fil-jiem ta’ vaganza qabel Juventus-Real Madrid mar Pariġi mal-partner tiegħu, Joana Sanz. Insomma, min jittrenja xorta waħda bħal Bonucci, u min jippreferi jirrilassa qabel il-Finali. Matthew Scerri