Juventus iridu viċi-Alex Sandro għal Jannar

MatthewJuve News Leave a Comment

Għal Jannar Juventus għandhom fil-pjanijiet tagħhom li jiksbu riserva ta’ kwalità għal Alex Sandro. Skont Calciomercato.com, l-ismijiet li Juventus qed jikkunsidraw huma dawk ta’ Emerson (Chelsea), Carlos Augusto (Corinthians) u Darmian (Parma). Paratici jixtieq ħafna jġib lura lil Pellegrini, imma jidher li se jkun diffiċli li Cagliari jaċċettaw li jitilquh minn idejhom f’Jannar. L-akkwist ta’ full-back hu problematiku anki minħabba …

Nedved: “Ma narax li se jkun hemm xi kambjamenti fit-tim”

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Juventus-Chievo, Nedved tkellem dwar l-għidut li Juventus se jneħħu lil Spinazzola biex iġibu lil Darmian. Hu qal: “Fis-sajf li għadda bnejna tim b’saħħtu f’kull plejer tiegħu. Għadna nemmnu fihom kollha u konvinti li nistgħu nagħmlu affarijiet kbar. Mhux se nitilqu minn idejna lil ħadd mit-tim tagħna. Ma narax li se jkun hemm kambjamenti.” Matthew Scerri

Juventus-Darmian. Kollox wieqaf bħalissa

MatthewJuve News Leave a Comment

In-negozjati ma’ Manchester United għall-akkwist ta’ Darmian jinsabu f’fażi stand-by. Juventus għandhom il-kelma tal-plejer li se jistennihom. Madankollu qabel jilħqu ftehim ma’ Manchester United iridu qabelxejn jifhmu x’se jagħmel Alex Sandro. Hu evidenti li jekk il-Brażiljan jagħżel li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus jew inkella l-ebda klabb ieħor ma’ joffri biżżejjed flus, Juventus ma jkollhomx bżonn aktar lil Darmian. Nemmnu …

Aktar kuntatti għal Darmian

MatthewJuve News Leave a Comment

Għada t-Tnejn Juventus mistenni jkollhom kuntatt mill-ġdid ma’ Manchester United għal Matteo Darmian. Il-full-back Taljan għadu fil-mira ta’ Juventus, imma hemm timijiet oħra mill-Italja li bdew jitħajru għalih. Għal din ir-raġuni Juventus ma tantx jistgħu jistennew għax inkella jispiċċaw jitilfu lil Darmian. Matthew Scerri

Paratici reġa’ iltaqa’ mal-aġent ta’ Darmian

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici kellu l-aġent mal-aġent ta’ Matteo Darmian ilbieraħ filgħaxija. L-akkwist ta’ Cancelo mhuwiex jeskludi dak ta’ Darmian. Tant hu hekk li Paratici qed ikompli jaħdem biex jixtri lil Darmian bil-prezz li Juventus iqisu li hu ġust u mhux b’kemm qed jitolbu Manchester United. Fis-suq tat-trasferimenti nafu li aktar ma jgħaddi ż-żmien u nibdew resqin lejn tmiem is-suq, aktar il-prezz …

Aktar kuntatti bejn Juventus u Manchester United għal Darmian

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus għadhom ma qatgħux qalbhom li jkunu jistgħu jiffirmaw lil Matteo Darmian. Fil-fatt skont Premium Sport, il-ġimgħa d-dieħla se jerġa’ jkun hemm kuntatt ma’ Manchester United għalih. Il-Bianconeri x’aktarx se jippruvaw jgħollu xi ftit l-offerta tagħhom. Premium Sport qed jirrapurtaw anki li l-akkwist ta’ Darmian mhux se jeskludi dak ta’ Cancelo. Matthew Scerri

M’hemmx Juventus biss għal Darmian

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed tikber il-konkorrenza għall-akkwist ta’ Matteo Darmian. Issa jidher li anki Roma u Napoli jriduh. Il-plejer allegatament irid biss li jingħaqad ma’ Juventus biss s’issa Marotta għadu ma sabx ftehim ma’ Manchester United. Għaldaqstant kollox għad jista’ jseħħ. Matthew Scerri