De Bruyne f’taħdidiet ma’ Manchester City

MatthewJuve News Leave a Comment

Kevin De Bruyne qabad triq oħra li se tieħdu lejn Manchester. Fil-fatt l-aġent tiegħu jinsab f’taħdidiet ma’ Manchester City. Ovvjament Juventus ma tantx jistgħu jikkompetu ma’ Manchester City f’dak li huma jistgħu joffru lill-plejer u lil Wolfsburg. Irridu noqogħdu attenti għax jekk Wolfsburg idaħħlu xi 60 miljun Ewro għal De Bruyne, huma jkollhom ħafna iktar flus mill-20-25 miljun Ewro li …

Paratici fil-Ġermanja!

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici jinsab il-Ġermanja fejn ilbieraħ iltaqa’ mal-aġent ta’ Draxler. Hu jidher li jinsab interessat li jisma’ l-offerta ta’ Juventus u talab paga ta’ 5 miljuni fis-sena. Illum Paratici għandu jiltaqa’ mal-aġenti ta’ Gotze u De Bruyne biex jara xi jridu. Matthew Scerri

Kif tista’ tinbidel il-Juventus bit-tluq ta’ Vidal

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-bejgħ ta’ Vidal jista’ jiftaħ it-triq għall-akkwist ta’ plejer ta’ fama. Marotta qed jikkunsira li jixtri bil-flus ta’ Vidal lil Mario Gotze jew inkella Cuadrado. Jista’ jagħti l-każ li l-flus jiġu investiti fl-akkwist ta’ Isco jew Oscar. Barra minn hekk se jkun hemm investimenti oħra li potenzjalment jistgħu jseħħu: Alex Sandro, Draxler, Ozil, Praet u De Bruyne. Matthew Scerri

Interessati f’De Bruyne

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus flimkien ma’ PSG, Manchester City u Barcellona jinsabu interessati fil-winger Kevin De Bruyne ta’ Wolfsburg. Il-problema hi li De Bruyne għandu valur għoli wisq li qed imiss l-40 miljun Ewro. Irridu naraw jekk Juventus jirnexxilhomx jivvintaw xi ħaġa biex jieħduh bi prezz inqas. Inkella jista’ jkun li Juventus jinvestu fih parti mid-dħul tal-eventwali bejgħ ta’ Paul Pogba. Matthew Scerri