L-avventura ta’ De Ceglie ma’ Benevento marret ħażin ukoll u reġa’ jinsab bl klabb. F’intervista mogħtija, De Ceglie żvela li hu, l-istess bħal Sturaro, għandu injury gravi fil-legamenti ta’ rkoptu u qed ikollu jilgħab xorta waħda għax ħadd ma jrid joperah. Din hi l-istess sitwazzjoni li, skontu, għaddej minnha anki Sturaro. Matthew Scerri
De Ceglie jingħaqad ma’ Benevento
Paolo De Ceglie se jkompli l-karriera tiegħu fis-Serie A wara sena u nofs wieqaf. Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Diċembru sarulu t-testijiet mediċi mill-istaff mediku ta’ Benevento u mill-ġimgħa d-dieħla se jkun qed jibda t-taħriġ magħhom. Matthew Scerri
De Ceglie għadu bla klabb
Diversi plejers Taljani, uħud pjuttost magħrufa (Cassano, Zaccardo, Amelia, Diamanti) għadhom bla klabb. Minkejja li s-suq tat-trasferimenti għalaq, dawn il-plejers xorta waħda għadhom jistgħu jingħaqdu ma’ liema klabb iridu. Fost il-plejers bla klabb hemm anki Paolo De Ceglie. Fl-età ta’ 30 sena, u wara wara jimmoffa f’Vinovo minħabba għażla tiegħu, jidher li issa ftit huma l-klabbs li għadhom jemmnu fih. …
De Ceglie: “Qalbi maqsuma li wara 22 sena se nitlaq lil Juventus”
Intervistat minn La Gazzetta dello Sport Paolo De Ceglie spjega li mhu veru xejn li hu b’kapriċċ irrifjuta kull possibbiltà biex jitlaq lil Juventus. Il-verżjoni tiegħu hi li qatt ma nstab ftehim ma’ klabb ieħor li kien tajjeb għal kulħadd. Filwaqt li sostna li jinsab xi ftit diżappuntat, xorta waħda m’għandu xejn kontra Juventus. Anzi stqarr li qalbu maqsuma li …
Bye bye De Ceglie … Juventus se jiffrankaw 1.5 miljun Ewro f’pagi kull sena
Wasal biex jintemm il-kuntratt ta’ Paolo De Ceglie ma’ Juventus. Hu ilu sena f’Vinovo jittrenja waħdu. Jekk xejn Juventus se jeħilsu mill-paga tiegħu li tammonta għal madwar 1.5 miljun Ewro. Matthew Scerri
De Ceglie x’aktarx sejjer l-Amerka
Xahar ieħor jintemm darba għal dejjem il-kuntratt ta’ Paolo De Ceglie ma’ Juventus. Hu se jmur jibda avventura ġdida ma’ tim ieħor wara li ilu sena f’Vinovo jittrenja apparti. Probabbli li l-futur tiegħu se jkun fil-kampjonat Amerikan. Matthew Scerri
De Ceglie se jitlaq l-Amerka
Paolo De Ceglie forsi sab tim u se jmur ikompli l-karriera ma’ Minnesota United fil-kampjonat Amerikan. Hu għandu kuntratt ma’ Juventus sal-aħħar ta’ Ġunju, biss jinsab f’negozjati mat-tim Amerikan u se jingħaqad magħhom b’mod immedjat. Matthew Scerri
De Ceglie jibqa’ jimmoffa f’Vinovo
Paolo De Ceglie baqa’ ma mar ma’ ħadd. Juventus sabulu diversi timijiet fis-Serie B u kienu disposti jħallsulu l-paga sal-kumplament tal-istaġun. Hu però għażel li jgħid ‘le’ lil kulħadd bil-konsegwenza li se jibqa’ bla tim sa Ġunju meta jintemmlu l-kuntratt li għandu ma’ Juventus. Matthew Scerri
De Ceglie mhux sejjer ma’ Brescia
Skont is-sit ‘Calciomercato.com’ sfaxxa fix-xejn it-trasferiment ta’ Paolo De Ceglie ma’ Brescia. F’dan l-istadju fadal biss Verona li jistgħu jiħduh. Mhux magħruf għalfejn De Ceglie mhux qed jirnexxilu jsib tim. Matthew Scerri
Anki Brescia jridu lil De Ceglie
Wara Pisa, anki Brescia tefgħu għajnejhom fuq Paolo De Ceglie. Illum trid tinqata’ ma’ min se jmur. Qed nistennew aġġornamenti fis-sigħat li ġejjin. Matthew Scerri