De Sciglio jiswa 15-il miljun

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont rapport li qed jidhru fil-gazzetti u l-websajts tal-isports, jirriżulta li Juventus qed jinnegozjaw ma’ Milan l-akkwist ta’ De Sciglio. Il-prezz li qed jissemma hu ta’ 15-il miljun Ewro. Wisq probabbli l-akkwist ta’ De Sciglio se jkun qed ifisser it-tluq ta’ Lichtsteiner. Matthew Scerri

Irridu lil De Sciglio u Bacca

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Top Planet’ ta l-aħbar esklussiva li fl-aħħar sigħat Juventus intensifikaw il-kuntatti tagħhom ma’ Milan peress li jridu jixtru lil De Sciglio u Bacca. S’issa għadu mhux magħruf x’qed joffru Juventus għalihom it-tnejn, għalkemm nifhmu li Milan mhux se jitolbu ftit għalihom. Matthew Scerri

Restyling mal-linji

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus x’aktarx se jkollhom bżonn restyling mal-linji hekk kif Caceres u Cuadrado wisq probabbli se jħallu lill-Bianconeri, filwaqt li Evra għadu ma ddeċidiex jekk huwiex se jibqa’ jew le. Hemm diversi ismijiet li qed isiru. Mal-lemin Juventus iridu lil Danilo ta’ Real Madrid u De Sciglio ta’ Milan. Fuq il-linja l-oħra hem interess f’Masina (Bologna) u Lazaar (Palermo). Matthew Scerri

Interessati f’De Sciglio

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-aħħar sigħat kien hemm l-għidut li Juventus jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Mattia De Sciglio ta’ Milan. Il-Bianconeri jriduh għas-sajf u fil-pjanijiet tagħhom jista’ jieħu post Caceres jew anki Lichtsteiner. Matthew Scerri