Diversi isimijiet ta’ sostituti possibbli għal Dani Alves

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed isiru diversi ismijiet ta’ plejers li Juventus qed jikkunsidraw sabiex jimlew il-vojt li se jħalli Dani Alves. Apparti l-ismijiet li ilna naqraw xhur dwarhom (De Sciglio, Darmian u Danilo), issa jidher li hemm interess anki f’plejers oħra: Bellerin, Joao Cancelo, Hector u Guerriero. Nifhmu li x-xiri ta’ full-back minflok Dani Alves se tkun il-prijorità tal-mercato Juventin fil-ġranet li ġejjin. …

Lejn tpartit Neto-De Sciglio?

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aħbar tal-ġurnata hi li Juventus u Milan jistgħu jkunu qed jaħdmu fuq tpartit ta’ plejers bejniethom. Ir-Rossoneri jridu lil Neto, filwaqt li Juventus huma interessati f’De Sciglio. F’dan l-istadju hu probabbli ferm li huma jsibu ftehim bejniethom għat-tpartit tal-plejers. Nifhmu li Juventus ikollhom iżidu somma flus ukoll ma’ Neto peress li De Sciglio qed jingħata valur ogħla minn dak tal-gowlkiper …

Allegri jitkellem dwar il-mercato Juventin

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn Sky, Allegri tkellem dwar il-mercato Juventin. Hu kkonferma li Douglas Costa hu wieħed mill-objettivi ta’ Juventus, filwaqt li ċaħad li hu talab l-akkwist ta’ N’Zonzi. Hu faħħar lil Schick u Bernardeschi għat-talent tagħhom, filwaqt li dwar De Sciglio sostna li Juventus fuq wara m’għandhomx bżonn akkwisti. Matthew Scerri

De Sciglio jrid biss lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Matteo De Sciglio qed ikollu diversi offerti minn klabbs oħra. Madankollu, skont rapport fil-gazzetti, hu qed jirrifjuta kull offerta peress li x-xewqa tiegħu hi li jilbes il-flokk ta’ Juventus.  Wara l-Finali ta’ Cardiff x’aktarx tasal l-aħbar tal-akkwist tiegħu min-naħa ta’ Juventus. Matthew Scerri