Il-plejers Juventini mgħajta għad-Derby
Il-plejers mgħajta minn Allegri għad-Derby huma: 1 Szczesny 2 De Sciglio 3 Chiellini 4 Benatia 5 Pjanic 7 Ronaldo 10 Dybala 11 Douglas Costa 12 Alex Sandro 14 Matuidi 17 Mandzukic 18 Kean 19 Bonucci 21 Pinsoglio 22 Perin 23 Emre Can 24 Rugani 33 Bernardeschi 37 Spinazzola Matthew Scerri
Bentancur se jkun sospiż għad-Derby
Il-karta safra li qala’ Rodrigo Bentancur kontra Inter se tiswilu qares hekk kif se jkollu jitlef id-Derby. Fil-fatt isem Bentancur kien jidher fil-lista tal-plejers diffidati u allura la qala’ karta safra awtomatikament se jkun sospiż għal partita waħda. Matthew Scerri
Bomba waqt id-Derby. Mitluba kundanna għal 4 snin ħabs
Beda jinstema’ l-Appell tal-proċess fil-konfront ta’ Giorgio Saurgnani li diġà instab ħati fl-ewwel grad li tefa’ bomba fl-iStadio Olimpico dakinhar tad-Derby tas-26 ta’ April 2015. Saurgnani weħel sentejn u tmien xhur ħabs. Issa l-Prosekuturi qed jitolbu għalih piena ta’ 4 snin ħabs. Matthew Scerri
Filmat: L-aħbarijiet l-għada tad-Derby (19 ta’ Frar 2018)
Tlieta arrestati wara d-Derby
Grupp ta’ supporters Juventini sfaw attakkati minn supporters ta’ Torino wara d-Derby tal-bieraħ waqt li kienu f’bar fiċ-ċentru ta’ Turin filgħaxija. Qabel il-partita gruppi ta’ supporters tat-timijiet kienu se jiġu fl-idejn. Fil-bqija kien hemm diversi episodji simili mifruxa mal-belt kollha ta’ Turin. Finalment kien hemm tliet persuni arrestati u diversi oġġetti ssekwestrati mill-pulizija Taljana. Matthew Scerri