Derby differenti wara diversi snin

MatthewJuve News Leave a Comment

Id-Derby ta’ din is-sena se jkun wieħed ferm differenti minn dak tas-snin li għaddew. Wara ħafna snin din id-darba Torino jinsabu quddiem Juventus fil-klassifika. Se jkun derby b’Juventus inqas qawwija u Torino li sejrin pjuttost tajjeb. Rebħa fid-Derby jkun ifisser li nilħqu lil Torino. Telfa, mill-banda l-oħra, tkompli tkabbar il-kriżi ta’ Juventus. Matthew Scerri

Il-Curva Sud se tkun miftuħa għal Juventus-Udinese

MatthewJuve News Leave a Comment

Ir-rikors li Juventus ressqu għas-sentenza ta’ partita waħda fil-Juventus Stadium bil-Curva Sud magħluqa, wassal biex din is-sentenza kienet sospiża sakemm tinkiseb iktar informazzjoni dwar il-każ. Infakkru li din is-sentenza hi marbuta mal-bomba li ntefgħet fid-Derby. Il-Qorti tal-Appell se tiddeċiedi tħallix jew tneħħix din il-piena fit-3 ta’ Settembru. Għaldaqstant il-Curva Sud tal-Juventus Stadium se tkun miftuħa għall-ewwel partita tas-Serie A, Juventus-Udinese. …

Il-Curva Sud se tkun magħluqa għal partita waħda

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Qorti tal-Appell tal-FIGC ddeċidiet li l-Curva Sud tal-Juventus Stadium trid tibqa’ magħluqa għal partita waħda fil-kampjonat minħabba l-bomba li ntefgħet waqt id-derby. Għall-ewwel il-kundanna kienet ta’ żewġ partiti. Fi stqarrija Juventus ħabbru li se jieħdu passi ulterjuri kontra din is-sentenza. Fil-fatt huma sostnew li l-ħati nstab u ġie arrestat. Barra minn hekk isem din il-persuna ma tidhirx fost l-abbonati ta’ …

Il-Curva Sud se tkun miftuħa għan-nies għada!

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Appell ta’ Juventus ġiet milqugħ in parti u s-sospensjoni tal-Curva Sud mhux se tiddħol fis-seħħ qabel it-22 ta’ Mejju. Dan l-għaliex se jsiru aċċertamenti ġodda dwar l-inċidenti fi-Derby. L-aċċertamenti se jsiru sabiex il-Giudice Sportivo jkollu iktar informazzjoni dwar dak li nqala’ u għaldaqstant ikun jista’ jiddeċiedi jekk jikkonfermax jew ineħħi l-kundanna li Juventus jilagħbu 2 partiti bil-Curva Sud tal-Juventus Stadium …

Tfal fil-Curva Sud nhar is-Sibt?

MatthewJuve News Leave a Comment

Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, Juventus qalu li għadhom qed jistennew il-verdett tal-Appell imressaq wara li l-Curva Sud se jkollha tibqa’ magħluqa minħabba l-inċidenti waqt id-Derby. Jekk din il-kundanna tkun konfermata, allura Juventus se jitolbu permess li jitħallew jidħlu fil-Curva Sud xi tfal miktuba fl-“scuola calcio”. Matthew Scerri

Instabu l-ħatja tal-bomba tad-Derby

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-pulizija Taljana identifikat erba’ persuni li huma ħatja tat-tfigħ tal-bomba waqt id-Derby ta’ Turin. Huma erba’ ultras ta’ Juventus, b’wieħed minnhom diġà fil-passat kien instab ħati ta’ atti vjolenti f’xi stadium Taljan. Matthew Scerri

Curva Sud. Juventus se jappellaw

MatthewJuve News Leave a Comment

Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, Juventus FC ħabbru li se jappella d-deċiżjoni tal-Giudice Sportivo li l-Curva Sud tal-Juventus Stadium tinżamm magħlua għal żewġ partiti ‘home’ tal-iskwadra Bianconera. F’din l-istqarrija Juventus taw ir-raġunijiet għalfejn se jressqu dan l-appell. Huma kitbu li s’issa għad hemm inċertezza sħiħa dwar il-każ u ma nstabx min kien ħati tat-tfigħ tal-bomba. Għaldaqstant Juventus ma jħossux li hu …

Il-Curva Sud magħluqa għal żewġ partiti

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Giudice Sportivo ddeċieda li l-Curva Sud tal-Juventus Stadium għandha tibqa’ magħluqa għal żewġ partiti. Dan il-pass ittieħed minħabba l-bomba li ntefgħet waqt id-Derby tal-Ħadd li għadda. Issa l-Juventus Stadium se jkollu parti, il-Curva Sud, bla supporters għaż-żewġ partiti li jmiss tal-kampjonat. Il-bqija tal-iStadium, però, se jkun miftuħ għas-supporters b’mod regolari. Matthew Scerri

L-ewwel konsegwenzi tal-inċidenti fid-Derby

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Osservatorio Nazionale sulle Manifestazioni Sportive ddeċieda li s-supporters ta’ Juventus ma jistgħux imorru Genova għall-partita Sampdoria-Juventus. Fl-istess ħin għal Torino-Empoli se jkunu jistgħu fl-Istadio Olimpico biss l-abbonati u s-supporters ta’ Empoli li għandhom it-“Tessera del Tifoso”. Dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu wara l-inċidenti tad-Derby. Issa għad irridu naraw x’se jiddeċiedi l-Giudice Sportivo dwar il-każ. Matthew Scerri