Il-Curva Sud se tkun miftuħa għan-nies għada!

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Appell ta’ Juventus ġiet milqugħ in parti u s-sospensjoni tal-Curva Sud mhux se tiddħol fis-seħħ qabel it-22 ta’ Mejju. Dan l-għaliex se jsiru aċċertamenti ġodda dwar l-inċidenti fi-Derby. L-aċċertamenti se jsiru sabiex il-Giudice Sportivo jkollu iktar informazzjoni dwar dak li nqala’ u għaldaqstant ikun jista’ jiddeċiedi jekk jikkonfermax jew ineħħi l-kundanna li Juventus jilagħbu 2 partiti bil-Curva Sud tal-Juventus Stadium …

Tfal fil-Curva Sud nhar is-Sibt?

MatthewJuve News Leave a Comment

Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, Juventus qalu li għadhom qed jistennew il-verdett tal-Appell imressaq wara li l-Curva Sud se jkollha tibqa’ magħluqa minħabba l-inċidenti waqt id-Derby. Jekk din il-kundanna tkun konfermata, allura Juventus se jitolbu permess li jitħallew jidħlu fil-Curva Sud xi tfal miktuba fl-“scuola calcio”. Matthew Scerri

Instabu l-ħatja tal-bomba tad-Derby

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-pulizija Taljana identifikat erba’ persuni li huma ħatja tat-tfigħ tal-bomba waqt id-Derby ta’ Turin. Huma erba’ ultras ta’ Juventus, b’wieħed minnhom diġà fil-passat kien instab ħati ta’ atti vjolenti f’xi stadium Taljan. Matthew Scerri

Curva Sud. Juventus se jappellaw

MatthewJuve News Leave a Comment

Permezz ta’ stqarrija uffiċjali, Juventus FC ħabbru li se jappella d-deċiżjoni tal-Giudice Sportivo li l-Curva Sud tal-Juventus Stadium tinżamm magħlua għal żewġ partiti ‘home’ tal-iskwadra Bianconera. F’din l-istqarrija Juventus taw ir-raġunijiet għalfejn se jressqu dan l-appell. Huma kitbu li s’issa għad hemm inċertezza sħiħa dwar il-każ u ma nstabx min kien ħati tat-tfigħ tal-bomba. Għaldaqstant Juventus ma jħossux li hu …

Il-Curva Sud magħluqa għal żewġ partiti

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Giudice Sportivo ddeċieda li l-Curva Sud tal-Juventus Stadium għandha tibqa’ magħluqa għal żewġ partiti. Dan il-pass ittieħed minħabba l-bomba li ntefgħet waqt id-Derby tal-Ħadd li għadda. Issa l-Juventus Stadium se jkollu parti, il-Curva Sud, bla supporters għaż-żewġ partiti li jmiss tal-kampjonat. Il-bqija tal-iStadium, però, se jkun miftuħ għas-supporters b’mod regolari. Matthew Scerri

L-ewwel konsegwenzi tal-inċidenti fid-Derby

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Osservatorio Nazionale sulle Manifestazioni Sportive ddeċieda li s-supporters ta’ Juventus ma jistgħux imorru Genova għall-partita Sampdoria-Juventus. Fl-istess ħin għal Torino-Empoli se jkunu jistgħu fl-Istadio Olimpico biss l-abbonati u s-supporters ta’ Empoli li għandhom it-“Tessera del Tifoso”. Dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu wara l-inċidenti tad-Derby. Issa għad irridu naraw x’se jiddeċiedi l-Giudice Sportivo dwar il-każ. Matthew Scerri

Ebda deċiżjoni mill-Giudice Sportivo

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Giudice Sportivo Gianpaolo Tosel ma ħa ebda deċiżjoni dwar il-każ tal-bomba li waqt id-Derby feriet disa’ persuni. Hu ra li għad m’hemmx ċertezza dwar kif żvolġew l-affarijiet u għaldaqstant talab għal investigazzjoni iktar bir-reqqa sabiex ikollu l-informazzjoni kollha meħtieġa  biex jaqta’ s-sentenza tiegħu. Matthew Scerri

Skont il-Pulizija l-bomba tefgħuha s-supporters ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Ma jieqfux is-sorpriżi marbuta mal-bomba waqt id-Derby. Il-Polizija rnexxilha tikseb  il-filmati kollha tal-iStadio Olimpico u stabbiliet mingħajr ebda dubju li din intefgħet mis-settur fejn kienu jinsabu s-supporters Bianconeri. Hekk jaqa’ fix-xejn dak li qrajna aktar kmieni llum stess, jiġifieri li kienu s-supporters ta’ Torino stess li ħadmu l-bomba u sploditilhom waqt li kienu qed jixegħluha. Matthew Scerri

Il-bomba ma ntefgħetx mis-supporters ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-bomba li allegatament intefgħet mis-supporters ta’ Juventus lejn dawk ta’ Torino u li feriet għaxar min-nies, setgħet kienet maħduma fil-post mill-istess supporters ta’ Torino. Fil-fatt il-pulizija rat il-filmat video ta’ dan l-inċident u ndunaw li ma kienx hemm ebda tfigħ mis-supporters Bianconeri. Għaldaqstant huwa maħsuba li kienu l-istess supporters ta’ Torino li ħadmu l-bomba fil-post u sploditilhom qabel setgħu jitfgħuha …

Marotta jwaħħal fil-media

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel id-Derby, Beppe Marotta pponta subajgħ lejn il-media u akkużahom direttament li qed joħolqu klima kontra Juventus. “Ninsabu l-ħin kollu taħt attack, u hu normali li l-konsegwenza tkun din,” qal Marotta. Hu kien qed jirreferi għall-attakk tal-ultras ta’ Torino fuq il-coach li kien qed iwassal lit-tim fl-istadio Olimpico. Fi kliem ieħor l-opinjoni ta’ Marotta hi li l-media qed iferrxu l-mibegħda …