Di Maria offrut lil Juventus u Inter

MatthewJuve News Leave a Comment

Angel Di Maria jidher li hu orjentat li ma jġeddidx il-kuntratt li għandu ma’ PSG u li jiskadi s-sena d-dieħla. L-aġent tiegħu, Jorge Mendes ikkuntattja lil Juventus u Inter skont il-media Franċiża. Madankollu l-klabbs Taljani ma tantx huma disposti li jixtruh peress li għandu paga għolja. Matthew Scerri

Tliet ismijiet ta’ winger ta’ livell għoli

MatthewJuve News Leave a Comment

Huma diversi s-siti li qed jemmnu li Juventus se jagħmlu akkwist kbira ta’ kwalità mal-linji. L-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ James Rodriguez, Douglas Costa u Di Maria. Fit-tliet każijiet qed nitkellmu dwar investimenti qawwija f’plejers li attwalment mhumiex kuntenti mat-timijiet rispettivi. Fl-istess ħin, però, mhuwiex faċli li tasal għal dawn il-plejers. Matthew Scerri

Di Maria jagħmel ‘like’ lil ritratt ta’ Dani Alves … u jibdew l-ispekulazzjonijiet

MatthewJuve News Leave a Comment

Kif tistgħu taraw mir-ritratt t’hawn fuq, Angel Di Maria għamel ‘like’ għal ritratt imtella’ minn Dani Alves. Dal-‘like’ qajjem ħafna spekulazzjonijiet li jista’ jfisser li Di Maria jixtieq jingħaqad ma’ Juventus. Hemm min qed jgħid, mill-banda l-oħra, li dal-‘like’ bl-ebda mod m’għandu rabta mal-futur tal-winger Arġentin. Matthew Scerri

Il-ħolma Di Maria

MatthewJuve News Leave a Comment

Bis-sistema l-ġdid li qed jużaw Juventus x’aktarx se jinbidlu anki l-objettivi tal-mercato Juventin. Il-Bianconeri se jippruvaw jixtru winger ta’ klassi. Fl-Italja qed ikunu segwiti Berardi u Bernardeschi. Il-ħolma tibqa’ però Angelo Di Maria ta’ PSG. Matthew Scerri