Kollox miftiehem għall-kuntratt il-ġdid ta’ Donnarumma ma’ Milan

MatthewJuve News 0 Comments

Il-ftehim bejn Milan, Donnarumma u Raiola nstab. Donnarumma se jiffirma magħhom kuntratt ta’ 4 snin sal-2021 u se jaqla’ 6 miljuni fis-sena. Milan se jagħtu paga ta’ 1 miljun Ewro fis-sena anki lil ħuh. Raiola mhux se jingħata ebda commission speċjali fuq il-bejgħ tiegħu aktar ‘il quddiem. Fl-istess ħin il-penali li trid titħallas biex Donnarumma jinħall mill-kuntratt hi ta’ 75 …

X’qed jikkawża l-inkwiet bejn Milan u Raiola

MatthewJuve News 0 Comments

Milan u Raiola għadhom iridu jsibu ftehim bejniethom dwar il-kuntratt ta’ Donnarumma. Calciomercato.com qed tirraporta li d-diżgwid bejn il-partijiet hu dovut għall-fatt li: (i) Raiola jrid commission qawwija għalih f’każ li Donnarumma jinbigħ lil xi tim ieħor ‘il quddiem; u (ii) Milan iridu li l-klawżola biex Donnarumma jinħall mill-kuntratt tiegħu tkun tgħodd  biss barra mill-Italja, filwaqt li Raiola jridha li …

Fassone: “Qrib il-ftehim ma’ Donnarumma u familtu. Iktar ikkumplikata s-sitwazzjoni mal-aġent”

MatthewJuve News 0 Comments

Marco Fassone ddikjara li Milan jinsab qrib ħafna li jsibu ftehim ma’ Donnarumma għall-kuntratt il-ġdid tiegħu. Hu sostna li jemmen li r-Rossoneri jinsabu tassew qrib li jikkonvinċu lil Donnarumma u l-familja tiegħu. Hi ferm iktar ikkumplikata biex jinsab ftehim mal-aġent Raiola. Dikjarazzjoni li turi li finalment xejn m’għadu ġie deċiż b’mod definittiv u jista’ jkun hemm aktar taqlib f’dan il-każ. …

Donnarumma se jġedded il-kuntratt ma’ Milan

MatthewJuve News 0 Comments

Kif kien qed ikun imbassar fl-aħħar jiem, Gigio Donnarumma sab ftehim biex iġedded il-kuntratt ma’ Milan. Hu se jkun qed jaqla’ 6 miljuni fis-sena. Fil-kuntratt se jkun hemm klawżola li permezz tagħha jkun jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu bil-penali ta’ 50 miljun Ewro. Dil-penali titla’ għal 100 miljun jekk Milan jikkwalifikaw għaċ-Champions League. Matthew Scerri

Għada forsi nkunu nafu l-futur ta’ Donnarumma

MatthewJuve News 0 Comments

Għada Mino Raiola mistenni jiltaqa’ mill-ġdid ma’ Milan dwar Donnarumma. L-ispekulazzjonijiet huma li jista’ jkun li Donnarumma jiffirma kuntratt ġdid mar-Rossoneri bil-kundizzjoni li jkun hemm klawżola fil-kuntratt sabiex il-gowlkiper ikun jista’ jinħall mill-kuntratt bil-ħlas ta’ penali li tammonta għal 50 miljun Ewro. Għada nkunu nafu aħjar x’se jiġri. Matthew Scerri

Donnarumma vittma ta’ attakk minn hackers – jaf qatt ma ried jgħid li se jġedded il-kuntratt ma’ Milan

MatthewJuve News 0 Comments

Tard ilbieraħ filgħaxija Donnarumma ħabbar li safa’ vittma ta’ attakk minn hackers u li għaldaqstant kien se jagħlaq l-accounts tiegħu fuq is-social media. Ftit qabel fuq Instagram tiegħu personali deher messaġġ fejn Donnarumma kien qed iwiegħed imħabba lejn Milan u li wara l-Kampjonat Ewropew kien se jiltaqa’ ma’ Milan biex iġedded il-kuntratt. Tgħid dan il-messaġġ kien l-attakk mill-hackers? Matthew Scerri

Donnarumma mhux se jitlaq lil Raiola

MatthewJuve News 0 Comments

Għal xi ħin dalgħodu beda jissemma li Gigio Donnarumma ried jibdel lill-aġent Mino Raiola bil-għan li jkun jista’ jsib ftehim ħalli jibqa’ ma’ Milan. Din l-aħbar ġiet miċħuda direttament minn Donnarumma li fuq Twitter kiteb “#Donnaumma #Raiola Ieri, Oggi e Domani.” Fi kliem ieħor Donnarumma għamilha ċara li hu mhux se jitlaq lil Raiola. Matthew Scerri