Douglas Costa se jasal l-Italja llejla

MatthewJuve News Leave a Comment

F’dawn il-minuti Douglas Costa jinsab fi triqtu lejn Turin skont Tuttojuve.com. Hu qed jivvjaġġa b’titjira privata flimkien ma’ Marotta li llum mar il-Ġermanja biex jiffinalizza l-ftehim. Għada filgħodu jkun fil-JMedical għat-testijiet mediċi. Matthew Scerri

Douglas Costa-Juventus. Fatta!

MatthewJuve News Leave a Comment

Douglas Costa għada se jkun Turin għat-testijiet mediċi qabel ma jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Marotta llum kien l-Ġermanja sabiex jiffinalizza l-ftehim ma’ Bayern Munich. Il-Bianconeri se jiħduh b’self sal-2019, liema self se jiswa 6 miljuni. Fl-2019 Juventus ikollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 40 miljun. Matthew Scerri

Marotta llum sejjer il-Ġermanja għal Douglas Costa

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta llum mistenni jmur il-Ġermanja sabiex jiffinalizza l-ftehim ma’ Bayern Munich għall-akkwist ta’ Douglas Costa. Il-Brażiljan ġej b’self imħallas 6 miljuni u s-sena d-dieħla Juventus se jkollhom l-obbligu li jixtruh għal 40 miljun Ewro oħra. Calciomercato.com qed jirrapurtaw li llejla stess Douglas Costa se jkun fi triqtu lejn Turin u għada se jsirulu t-testijiet mediċi. Matthew Scerri

Rummenigge jikkonferma li Douglas Costa jinsab qrib li jsir plejer ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Iċ-CEO ta’ Bayern Munich, Karla Heinz Rummenigge kkonferma li Douglas Costa daqt jista’ jsir plejer ta’ Juventus. Dan hu dak li qal: “Qed nitħaddtu ma’ Juventus. Kollox sejjer tajjeb, imma m’hemm xejn iffirmat. Hu għarrafna li jrid jitlaq u aħna aċċettajna dir-rieda tiegħu. Malli nilħqu ċerta somma, se ngħollu idejna u nħalluh jitlaq.” Matthew Scerri

L-offerta ta’ Juventus għal Douglas Costa

MatthewJuve News Leave a Comment

Douglas Costa jidher li hu l-prijorità tal-mercato Juventin. Skont Sky Juventus qabbdu lill-aġent Giovanni Branchini, ir-rappreżentant ta’ Douglas Costa għall-Italja, sabiex iressaq l-offerta tagħhom għall-winger Brażiljan. Juventus qed joffru 10 miljuni għas-self tiegħu għal sena, bid-dritt li jkunu jistgħu jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla għal 30 miljun Ewro oħra. Matthew Scerri

Wasal il-mument tal-akkwisti!

MatthewJuve News Leave a Comment

Għada tibda ġimgħa li tidher li se tkun waħda importanti ferm f’dak li għandu x’jaqsam mal-calciomercato. Qabelxejn hemm l-għidut li t-Tnejn se jasla Turin Douglas Costa għat-testijiet mediċi ma’ Juventus. It-Tlieta mbagħad mistenni jkun hemm laqgħa bejn Juventus u Fiorentina għal Bernardeschi. Matul dil-ġimgħa stess xi websajts ukoll huma konvinti li Juventus se jippruvaw jiffinalizzaw l-akkwisti ta’ Matuidi u De …

Douglas Costa se jkun Turin nhar it-Tnejn?

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi siti u gazzetti qed jirrapurtaw li hemm qbil bejn Juventus u Bayern Munich għat-trasferiment ta’ Douglas Costa mal-Bianconeri. Online hemm anki l-għidut li Costa se jkun Turin nhar it-Tnejn għat-testijiet mediċi. Jista’ jagħti l-każ li Douglas Costa se jasal b’self għal sena bil-Bianconeri jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla. Matthew Scerri