Kuntatti ma’ Bayern Munich għal Costa u Sanchez

MatthewJuve News Leave a Comment

F’dawn il-jiem qed ikun hemm diversi rapport online u fuq il-gazzetti tal-isports dwar kuntatti li saru bejn Juventus u Bayern Munich. Il-Bianconeri jinsabu interessati ferm li jiksbu lil Douglas Costa u Renato Sanchez. Bayern, min-naħa jidhru disposti li jinnegozjaw ma’ Juventus. Wara l-Finali ta’ Cardiff nistennew li jkun hemm aktar żviluppi f’dan is-sens. Matthew Scerri

Tliet akkwisti importanti bid-dħul miċ-Champions League

MatthewJuve News Leave a Comment

Fl-ewwel paġna tal-edizzjoni tal-lum ta’ Il Corriere dello Sport insibu t-titlu “Juve, 126 miljun”. Skont din il-gazzetta d-dħul kollu miċ-Champions League se jkun investit sabiex tkompli tissaħħaħ l-iskwadra ta’ Allegri. Fost l-akkwisti possibbli msemmija mill-gazzetta hemm dawk ta’ Douglas Costa, De Sciglio u Andre Gomes. Matthew Scerri

Gagliardini jagħmel ‘like’ lil Bonucci u jisfa’ mill-ġdid ikkritikat mis-supporters ta’ Inter. Anki Douglas Costa jagħmel ‘like’!

MatthewJuve News Leave a Comment

Povru Gagliardini! Wara li kien ikkritikat għax mar jara Juventus-Barcellona, issa qed ikun fiċ-ċentru tal-kritika tas-supporters tat-tim tiegħu stess peress li għamel ‘like’ (billi għafas is-simbolu tal-qalb) għal ritratt imtella’ minn Bonucci wara Barcellona-Juventus. Mill-ewwel bdiet il-kritika Nerazzurra, b’xi wħud jgħidulu ċar u tond “Mur ma’ Juventus u ġibilna 40 miljun!” (donnhom insew li qiegħed b’self magħhom u li allura …

Douglas Costa. Hemm ftit tama għal Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Douglas Costa ma tantx jidher kuntent ma’ Bayern Munich. Fl-istess ħin Bayern qed jixtru plejers bħal Ferreira Carrasco u Brandt li għandhom karatteristiċi simili għal dawk ta’ Douglas Costa. Minħabba f’dan huma bosta s-siti u l-gazzetti li qed ibassru li Juventus se jagħmlu tentattiv sabiex jippruvaw jixtru lil Douglas Costa. Matthew Scerri

Douglas Costa fil-mira ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Fost id-diversi plejers mal-linja li Juventus qed jikkunsidraw għas-sena d-dieħla hemm anki Douglas Costa ta’ Bayern Munich. Qed ikun ibassar li Juventus jistgħu jiftħu negozjati għall-akkwist tiegħu malli huma jiltaqgħu ma’ Bayern sabiex jiddiskutu l-futur ta’ Kingsley Coman. Matthew Scerri