Douglas Costa jwieġeb dwar il-party ta’ Neymar

MatthewJuve News Leave a Comment

Fuq Twitter Douglas Costa wieġeb lil supporter li saqsietu jekk kellux il-permess ta’ Juventus li jmur Pariġi nhar it-Tnejn li għadda għall-birthday party ta’ Neymar. It-tweġiba tiegħu kienet li dakinhar il-plejers ingħataw jum mistrieħ bla training u allura hu seta’ jmur fejn irid. Matthew Scerri

Douglas Costa qed jittrenja b’mod regolari

MatthewJuve News Leave a Comment

Għat-tieni jum konsekuttiv Douglas Costa ttrenja b’mod regolari mal-bqija ta’ sħabu. Dan ifisser li se jkun għad-dispożizzjoni ta’ Allegri għall-partita tat-Tnejn filgħaxija. Probabbli però li Allegri ma jirriskjahx mill-ewwel minuta u jilgħab lil Bernardeschi minfloku mill-ewwel minuta. Matthew Scerri

Tliet plejers ta’ Juventus bi problemi fiżiċi

MatthewJuve News Leave a Comment

Pjanic, Douglas Costa u Bentancur kellhom joħorġu mill-grawnd kontra Milan minħabba problemi fiżiċi. Jidher li m’għandhom xejn gravi, biss jaf jeħtieġu ftit tal-mistrieħ. Kontra Chievo hu żgur li Pjanic mhux se jilgħab minħabba li hu sospiż. Jekk anki Douglas Costa u Bentacur ma jilagħbux, Allegri jaf jagħti spazju mill-ewwel minuta lil Bernardeschi u Emre Can. Matthew Scerri

Douglas Costa ‘Man of the Match’ ta’ Bologna-Juventus

Pierre Bonavia News Leave a Comment

Douglas Costa rebaħ l-unur ta’ ‘Man of the Match’ għal-logħba Bologna-Juventus tas-Sibt li għadda 12 ta’ Jannar 2019. Il-logħba kienet valida għal-ħames rawnd (partita unika) tal-Coppa Italia TIM Cup 2018/19. Il-voti ġew mill-preferenzi tagħkom fuq dan il-website. Wara perjodu twil ħażin tal-Brażiljan f’din il-logħba rġajna ammirajniħ fl-aqwa forma tiegħu. Lil Douglas Costa ippremjajtuh bil-41% tal-voti. Fit-tieni post poġġejtu lil Leonardo …

Man. United interessati f’Douglas Costa

MatthewJuve News Leave a Comment

Manchester United allegatament ħabbtu l-bibien ta’ Juventus għal Douglas Costa. Huma jidher li taw id-disponibbiltà tagħhom għal investiment ta’ diversi miljuni. Qed tissemma s-somma ta’ 60 miljun Ewro. Madankollu r-risposta ta’ Juventus hi li ma jridux ibigħu lil Douglas Costa. Matthew Scerri

Allegri x’aktarx jirkupra lil Costa u Bernardeschi għal nhar il-Ħadd

MatthewJuve News Leave a Comment

Għall-big match tal-Ħadd kontra Milan, Allegri mistenni jkollu lura lil Bernardeschi u Douglas Costa. It-tnejn li huma ttrenjaw fil-Continassa u kollox jindika li jistgħu jilħqu jirkupraw sal-Ħadd. Magħhom, Allegri se jkun jista’ jilgħab mill-ewwel minuta lil Cancelo u Mandzukic li ma kinux mija fil-mija kontra Manchester United. Matthew Scerri