Marotta jwieġeb b’pika lil Paratici

MatthewJuve News Leave a Comment

Ikompli l-istat ta’ paniku fi ħdan Inter b’aktar dikjarazzjonijiet ta’ piki fil-konfront ta’ Juventus. Ilbieraħ Paratici qal l-aktar ħaġa normali fid-dinja, jiġifieri li Icardi hu plejer ta’ Inter u li eventwalment ikun biss f’Ġunju li Juventus jibdew jikkunsidraw l-ismijiet għal akkwisti ġodda. Ftit wara wasal il-kumment vojt u bla sugu ta’ Marotta li qal l-kliem ta’ Paratici kien barra minn …

Magħluq il-każ Dybala

MatthewJuve News

Skont Tuttosport qabel is-sessjoni ta’ training tal-bieraħ Allegri kellem lil Dybala quddiem il-kumplament tat-tim u wissieh li mhuwiex aċċettabbli dak li għamel fi tmiem il-partita kontra Parma meta qabad u daħal fid-dressing room qabel tmiem il-partita. Dybala skuża ruħu ma’ sħabu u l-każ ingħalaq hemm. Matthew Scerri

Dybala ma ħax gost li ma lagħabx kontra Parma

MatthewJuve News Leave a Comment

Paulo Dybala nhar is-Sibt deher nervuż peress li xejn ma ħa gost li ma lagħabx kontra Parma. Saħanistra rawh jidħol lura fid-dressing rooms wara li seħħet it-tielet bidla tat-tim Juventin u għaldaqstant tilef l-aħħar mumenti tal-partita. S’issa m’hemmx indikazzjonijiet li Juventus se jimmultawh minħabba dan l-aġir. Matthew Scerri

Isco dejjem fil-mira ta’ Juventus. Real lesti jpartuh ma’ Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Ilna snin nisimgħu u naqraw li Juventus jinsabu interessati fl-akkwist ta’ Isco. Dis-sena wkoll hemm ħafna għidut f’das-sens. Fl-aħħar jiem saru anki ħafna spekulazzjonijiet dwar il-possibbiltà li fis-sajf Isco jingħaqad ma’ Juventus fuiq talba ta’ Allegri lil Agnelli u Paratici. Fl-edizzjoni tal-lum ta’ Tuttosport naqraw anki li Real Madrid lesti jinnegozjaw ma’ Juventus fuq il-bażi ta’ tpartit ma’ Dybala. Matthew …

Mbappe possibbli bil-bejgħ ta’ Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus qed jaħdmu għall-akkwist ta’ Mbappe fis-sajf kompliċi anki l-problemi li PSG għandhom minħabba l-Fair Play Finanzjarju. Skont La Repubblica l-akkwist ta’ Mbappe jkun possibbli bis-sagrifiċċju ta’ stilla bħal Dybala. Il-gazzetta hi tal-idea li Dybala jista’ jinbigħ gval 80-100 miljun u hekk Juventus ikollhom il-flus għall-investiment multi-miljunarju ta’ Mbappe. Matthew Scerri