Dybala: “Issa ninsabu tajbin”

MatthewJuve News Leave a Comment

Waqt il-programm ta’ JTv, A casa con la Juve, Paulo Dybala stqarr li hu u Oriana jinsabu tajbin: “Ninsab tajjeb, ħafna aħjar minn jumejn ilu meta kelli sintomi qawwija. Issa m’għandix iktar sintomi. Nista’ niċċaqlaq aħjar u nittrenja. Meta ppruvajt ftit tal-jiem ilu ma kellix nifs u wara ħames minuti kont għajjien mejjet. Kont inħodd ġismi tqil u kelli uġigħ …

Il-Pulizija tal-Arġentina b’passi kontra l-familja Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont Tuttosport ħu Dybala, flimkien mas-sieħba tiegħu u ommu, kellhom jittieħdu fl-isptar ta’ Cordoba minħabba li kisru l-kwarantina obbligatorja. Huma kienu ġew ordnati joqogħdu kwarantina malli waslu lura mill-Italja. Jidher, però, li t-tlieta li huma baqgħu joħorġu u għaldaqstant ittieħdu l-isptar bħala pass prekawzjonali. Jirriżulta anki li l-pulizija qed tinvestiga fuq dan il-każ. Matthew Scerri

Sittax-il plejer fis-Serie A marid bil-Coronavirus

MatthewJuve News Leave a Comment

B’kollox huma sittax-il plejers tas-Serie A li jinsabu morda bil-Coronavirus. Kif nafu l-ewwel każ kien instab fil-11 ta’ Marzu meta ħareġ ir-riżultat ta’ Daniele Rugani. S’issa nafu li l-plejers kollha jinsabu tajbin, għalkemm s’issa għad ma kellniex informazzjoni li xi ħadd minnhom fieq għal kollox. Il-plejers bil-COVID-19 fis-Serie A huma: 11 ta’ Marzu – Daniele Rugani (Juventus) 12 ta’ Marzu – Manolo Gabbiadini (Sampdoria) …

Swab tests għal tlett iqraba ta’ Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Tlett qraba ta’ Paulo Dybala, preċiżament ommu, ħu Gustavu u l-għarusa tiegħu, jinsabu attwalment fi sptar f’Cordoba. Huma marru lura l-Arġentina direttament minn Turin fit-12 ta’ Marzu. Il-gazzetti La Voz del Interior u Olé qed jirrapurtaw li wara l-aħbar li Dybala u Oriana Sabatini nstabu pożittivi, il-Ministeru tas-Saħħa fl-Arġentina bagħat ambulanza għat-tlett iqraba li semmejna qabel u ħadithom fl-isptar Rawson …

Titkellem it-tfajla ta’ Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

It-tfajla ta’ Dybala, Oriana Sabatini tellgħet video fuq Instagram fejn tkellmet dwar il-pożittività tagħha għall-COVID-19. Hi qalet li ftit tal-jiem ilu, hi bdiet tħossha ma tiflaħx. Kellha rasha tuġagħha u għeja kbira. Madankollu n-nifs ma kienx wisq effettwat. Għamlet it-test flimkien ma’ Dybala u persuna oħra li tgħix magħhom u kollha nstabu pożittivi għall-COVID-19. Oriana temmet tgħid li issa qed …

Messaġġ minn Dybala: “Ninsabu tajbin!”

MatthewJuve News Leave a Comment

View this post on Instagram Hola a todos, quería comunicarles que acabamos de recibir los resultados del test del Covid-19 y tanto @orianasabatini como yo dimos positivo. Por fortuna nos encontramos en perfecto estado. Gracias por sus mensajes y un saludo a todos 💪🏼💪🏼💪🏼 Ciao a tutti, volevo informarvi che abbiamo appena ricevuto i risultati del test Covid-19 e sia …

Dybala: “Mhux veru li kelli l-Coronavirus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Paulo Dybala llum wieġeb għad-domandi tas-supporters waqt Live fuq Instagram. Hu spjega li għadu jistenna r-riżultat tal-iswab test. Dybala żied anki li hu u t-tfajla tiegħu Oriana qatt ma ħarġu mid-dar u baqgħu kwarantina. Biex jgħaddi l-ħin, Dybala qed jittrenja, jilgħab il-karti u jsajjar. Barra minn hekk Oriana qed tgħallmu jdoqq il-pjanu. Dybala temm jgħid li l-aħbar li hu kellu …