Mbappe possibbli bil-bejgħ ta’ Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus qed jaħdmu għall-akkwist ta’ Mbappe fis-sajf kompliċi anki l-problemi li PSG għandhom minħabba l-Fair Play Finanzjarju. Skont La Repubblica l-akkwist ta’ Mbappe jkun possibbli bis-sagrifiċċju ta’ stilla bħal Dybala. Il-gazzetta hi tal-idea li Dybala jista’ jinbigħ gval 80-100 miljun u hekk Juventus ikollhom il-flus għall-investiment multi-miljunarju ta’ Mbappe. Matthew Scerri

Dybala: “Kuntent ma’ Juventus”

MatthewJuve News Leave a Comment

Mistoqsi minn Bild jekk huwiex interessat li jingħaqad ma’ Bayern Munich, Paulo Dybala wieġeb: “Bayern mhumiex fi ħsibijieti. Ninsab kuntent ma’ Juventus. Għandna objettivi kbar x’nilħqu.” Matthew Scerri

Dybala mgħajjat mal-Arġentina

MatthewJuve News Leave a Comment

Paulo Dybala ġie magħżul mat-tim nazzjonali Arġentin għall-partiti ta’ ħbiberija bejn is-16 u l-20 a’ Novembru. Fl-assenza ta’ Messi, li kiser idu, se jkun hemm żgur aktar spazju għal Dybala. Matthew Scerri

Dybala jittrenja normali

MatthewJuve News Leave a Comment

Paulo Dybala m’għandu l-ebda injury. Hu kellu jabbanduna l-grawnd fil-partita kontra l-Brażil minħabba uġigħ fl-irkoppa. Milli jidher kellu biss daqqa. Tant hu hekk li hu ttrenja regolarment mal-kumplament ta’ sħabu malli rritorna l-Italja. Matthew Scerri

Injury għal Dybala mal-Arġentina

MatthewJuve News Leave a Comment

Paulo Dybala kellu jabbanduna l-grawnd waqt il-partita Brażil-Arġentina minħabba uġigħ fl-irkoppa. L-ewwel indikazzjonijiet huma li hu m’għandu xejn gravi. Madankollu rridu nistennew li hu jmur lura l-Italja u jsirulu l-kontrolli mediċi mit-tobba ta’ Juventus biex nifhmu verament l-entità tal-injury tiegħu. Matthew Scerri

Dybala mgħajjat mat-tim nazzjonali

MatthewJuve News Leave a Comment

Paulo Dybala ġie msejjaħ mat-tim nazzjonali Arġentin għall-partiti ta’ ħbiberija kontra l-Iraq u l-Brażil ta’ nofs Ottubru. Dybala se jkollu kważi żgur l-opportunità li jilgħab u juri dak kollu li jaf. Matthew Scerri

Dybala rkupra!

MatthewJuve News Leave a Comment

Paulo Dybala se jkun għad-dispożizzjoni ta’ Allegri għall-partita kontra Valencia. Illum hu ttrenja mal-kumplament tat-tim u għaldaqstant jidher li rkupra mid-daqqa li qala’ kontra Sassuolo. Allegri se jkollu neqsin lil Barzagli u De Sciglio li jinsabu mweġġgħin, filwaqt li Spinazzola ma jiffurmax parti mil-lista tal-Ewropa. Matthew Scerri