Sfaxxa fix-xejn il-bdil Dybala-Lukaku?

MatthewJuve News Leave a Comment

Diversi sorsi mill-Ingilterra qed isostnu li sfaxxa fix-xejn il-bdil bejn Dybala u Lukaku. Skonthom Dybala ma jridx jaf li jitlaq lil Juventus u Manchester United fehmu dan kollu. Ir-Red Devils qatgħu qalbhom minn Dybala minħabba li qed iqisu t-trasferiment għolu wisq u fl-istess ħin qed jaraw li Dybala hu ftit li xejn konvint li jingħaqad magħhom. Finalment hemm anki l-kwistjoni …

Lukaku u Dybala jingħataw l-istess valur?

MatthewJuve News Leave a Comment

Sportmediaset huma tal-idea li Juventus se jbaxxu l-valur ta’ Dybala biex żgur jiksbu lil Lukaku. Skonthom issa Juventus qed joffru lir-Red Devils tpartit bejn Dybala u Lukaku bit-tnejn li huma jingħataw l-istess valur. S’issa dejjem intqal li l-ftehim kien li Manchester United kellhom iżidu 15-il miljun Ewro ma’ Lukaku biex jiksbu lil Dybala. Matthew Scerri

Paratici sejjer lura l-Ingilterra

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabio Paratici reġa’ sejjer Londra llum bil-għan li jiffinalizza n-negozjati li hemm miftuħin ma’ klabbs tal-Premier League. Dybala għadu ma tax ir-risposta tiegħu lil Manchester United u għalhekk kollox jinsab wieqaf dwar il-bdil ma’ Lukaku. Barra minn hekk hemm il-kwistjoni tat-tpartit ma’ Manchester City bejn Danilo u Cancelo. Infakkru li s-suq tat-trasfereimenti fl-Ingilterra jagħlaq nhar il-Ħamis u allura fadal tassew …

Fadal ftit!

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aħħar ħamest ijiem tas-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra. Il-klabbs Ingliżi jistgħu jixtru plejers ġodda sa nhar il-Ħamis 8 ta’ Awwissu. Juventus qed jistennew b’ħerqa kbira li jaraw kif se jevolvu diversi sitwazzjonijiet marbuta ma’ bejgħ ta’ plejers. Dybala bħalissa jidher li qed iżomm ftehim ma’ Manchester United mhux biss għall-bdil ma’ Lukaku, imma anki t-trasferiment ta’ Mandzukic u x’aktarx anki Matuidi mar-Red …

Kollox wieqaf sakemm Dybala jiddeċiedi

MatthewJuve News Leave a Comment

Jirriżulta li Fabio Paratici mar lura l-Italja. In-negozjati għall-bdil bejn Lukaku u Dybala, skont Sky, huma weqfin. Kollox jiddependi issa minn x’se tkun l-għażla ta’ Dybala. Juventus u Manchester United jidhru miftehma. Lukaku aċċetta l-proposta ta’ Juventus u issa kulħadd qed jistenna li Dybala jgħid iva jew le. Hemm rapporti li bħalissa hemm żewġ ostakli kbar li jistgħu jwasslu biex …

Qligħ rekord għal Juventus minn fuq Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Nafu li l-klabbs tal-futbol illum moħħhom biss fl-hekk imsejħa plusvalenze. Calcio e Finanza analizzaw is-sitwazzjoni ta’ Dybala ma’ Juventus. Fl-accounts ta’ Juventus sat-30 ta’ Ġunju 2019, Dybala għandu valur ta’ 16.7 miljun Ewro. Jekk jirnexxilhom ibigħuh lil Manchester United għas-somma ta’ 100 miljun, allura l-plusvalenza tkun ta’ 83.3 miljun Ewro. Matthew Scerri

Ftit jiem oħra jagħlaq is-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra

MatthewJuve News 1 Comment

Ninsabu ftit jiem biss bogħod mill-għeluq tas-suq tat-trasferimenti fl-Ingilterra. Fil-fatt il-klabbs Ingliżi se jkunu jistgħu jixtru jew ibigħu plejers biss sat-8 ta’ Awwissu. Interessanti li naraw x’se jiġri f’dawn il-jiem f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Pogba u Lukaku, it-tnejn li huma segwiti minn Juventus. Fl-istess ħin irridu naraw anki jekk Khedira, Kean, Perin u Dybala humiex se jħallu lil Juventus …

Dybala jtemm il-vaganzi qabel iż-żmien

MatthewJuve News Leave a Comment

Paulo Dybala ddeċieda li jtemm il-vaganzi tiegħu qabel u nhar il-Ħamis mistenni jkun Turin biex jibda t-taħriġ tiegħu. Skont Calciomercato.com Dybala jrid jibqa’ ma’ Juventus, biss f’dan l-istadju jidher li huma Juventus li lesti jisimgħu l-offerti għalih u eventwalment ibigħuh jekk taslilhom offerta tajba. Matthew Scerri