Illum se jkun ippreżentat Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum f’nofsinhar Paulo Dybala se jkun ippreżentat uffiċjalment waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Juventus Stadium f’nofsinhar. Wara Dybala se jżur il-JMuseum u wara se jkun fl-iStadium Megastore biex jiltaqa’ ma’ xi sapporters u jiffirma l-flokkijiet. Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus xtraw lil Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus ħabbru uffiċjalment l-akkwist ta’ Paulo Dybala mingħand Palermo. Il-Bianconeri xtrawh għal 32 miljun Ewro, liema somma tista’ titla’ għal 40 miljun bil-bonuses jekk Juventus jiksbu xi unuri matul l-istaġun. Il-flus se jitħallsu lil Palermo fuq medda ta’ 4 snin. Dybala ffirma kuntratt ma’ Juventus twil ħames snin. Matthew Scerri

Dybala jispjega għalfejn għażel lil Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Paulo Dybala llum tkellem dwar it-trasferiment tiegħu ma’ Juventus. Hu spjega li għażel lil Juventus peress li huma reiduh bis-saħħa u għamlu minn kollox biex jiksbu s-servizzi tiegħu. Dybala sostna li se jaħdem ħafna biex juri li l-prezz li l-Bianconeri ħallsu għalih kien worth it. L-Arġentin kompla billi qal li jittama li Tevez jibqa’ ma’ Juventus ħalli hu jkun jista’ …

Marotta jgħid tiegħu dwar Dybala u Cavani

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta llejla kkonferma indirettament li Juventus xtraw lil Paulo Dybala. Fil-fatt hu qal li tkellem kemm-il darba ma’ Zamparini dwar Dybala u li l-akkwist se jkun finalizzat malli jkunu jistgħu jsiru akkwisti ġodda skont ir-regolamenti tal-FIGC. Hu tkellem anki dwar Cavani, fejn qal li għalissa mhuwiex objettiv li qed jiġi kkunsidrat. Matthew Scerri

Medical tests għal Dybala nhar it-Tnejn?

MatthewJuve News Leave a Comment

Is-sit ‘Tuttojuve.com’ qed jirraporta li hu probabbli ferm li nhar it-Tnejn li ġej Paulo Dybala jkun Turin sabiex isirulu l-medical tests qabel jiffirma l-kuntratt. Jekk din l-aħbar tkun konfermata, allura hu probabbli li l-għada li jintemm il-kampjonat tingħata l-aħbar tal-akkwist ta’ Dybala min-naħa ta’ Juventus. Matthew Scerri