Viċin ħafna l-akkwist ta’ Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġimgħa d-dieħla tista’ tkun waħda deċiżiva sabiex Juventus jiffinalizzaw l-akkwist ta’ Paulo Dybala. Resqin lejn ftehim ma’ Palermo fuq il-bażi ta’ 25 miljun Ewro flimkien ma’ 5 miljuni oħra f’bonuses. Barra minn hekk Juventus se jagħtu xi plejers lil Palermo: Goldaniga u xi ħaddieħor, forsi Spinazzola. Mhux eskluż li finalment Palermo jingħataw b’self lil Coman peress li Zamparini jixtieq attakkant …

Lesti niffinalizzaw l-akkwist ta’ Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara t-tieni leg tas-Semifinali taċ-Champions League, Marotta mistenni jkollu laqgħa importanti ferm ma’ Zamparini. Il-Bianconeri jridu jiffinalizzaw l-akkwist ta’ Paulo Dybala. Juventus qed joffru 25 miljun Ewro flimkien ma’ 5 miljuni oħra f’bonuses. Barra minn hekk qed joffru anki żewġ plejers lil Palermo: Goldaniga (li jinsba f’komproprjetà bejn Juventus u Palermo), kif ukoll Fiorillo. Mhux eskluż li finalment jista’ jkun …

Marotta jitkellem dwar Pogba, Tevez, Dybala u Cavani

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta tkellem fit-tul dwar il-mercato Juventin. Qabel xejn hu beda b’Pogba fejn qal li hu veru li hem klabbs kbar li tefgħu għajnejhom fuqu, imma fl-istess ħin tenna li Juventus ma jridux ibigħuh peress li jridu jibnu skwadra iktar qawwija. Imbagħad Marotta esprima x-xewqa li Tevez jibqa’ mal-Bianconeri u ċaħad li qatt kien hemm offerta ta’ 5 miljuni għalih …

Dybala ma jridx imur ma’ Inter

MatthewJuve News Leave a Comment

Inter ressqu offerta ta’ 30 miluni u żewġ plejers għal Paulo Dybala. Fit-teorija din l-offerta tissodisfa t-talba ta’ Palermo. Madankollu s-sit ‘Calciomercato.com’ qed jirraporta li Dybala ma jridx jaf li jaċċetta l-offerta hekk kif hu jixteqi jingħaqad ma’ Juventus akkost ta’ kollox. Matthew Scerri

Zamparini: “Juve-Dybala? Agnelli ma jridx jonfoq ħafna”

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Palermo, Zamparini reġa’ tkellem dwar Paulo Dybala. Hu qal li hemm sitt timijiet li jriduh fosthom PSG. Hu però jippreferi jbigħu lil Napoli minħabba simpatija li jħoss lejn De Laurentis u n-Naplitani. Dwar Juventus, Zamparini qal li Agnelli ma jridx jonfoq ħafna. Hu temm jgħid li jekk ma jagħtuhx 40 miljun Ewro, hu mhux se jbigħ lil Dybala …

Napoli wkoll iridu lil Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Napoli jridu lil Paulo Dybala. Il-konferma tasal direttament mill-President ta’ Palermo, Zamparini. Hu qal li kien De Laurentis stess li avviċinah u kellmu dwar Dybala. Zamparini sostna li hu għandu rapport tajjeb ma’ De Laurentis u jixtieq li jintlaħaq ftehim sabiex Dybala jingħaqad ma’ Napoli. Matthew Scerri

Marotta jikkonferma l-interess f’Dybala, imma jiċħad il-kuntatti għal Cavani

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta wiegħed li Juventus se jkomplu jaħdmu biex isaħħu lit-tim bi plejers ta’ klassi u oħrajn ta’ esperjenza sabiex ikollhom skwadra iktar qawwija. Hu sostna li Juventus japprezzaw lil Cavani imma ċaħad li qatt kien hemm kuntatt ma’ PSG għalih. Imbagħad ikkonferma li Juventus qed jitkellmu ma’ Palermo dwar Dybala peress li jridu lill-Arġentin. Marotta għamilha ċara li m’hemm …

Juve għadhom il-favoriti għal Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Tuttosport’ tirraporta li minkejja interess qawwi f’Dybala minn klabbs oħra, xorta waħda l-Arġentin qed jibqa’ jagħti l-ewwel preferenza tiegħu lil Juventus. Wara l-impenn fiċ-Champions League ta’ din il-ġimgħa, Marotta għandu jagħmel kuntratt mill-ġdid mal-President ta’ Palermo. Juventus, allegatament se jgħollu l-offerta tagħhom għal 32 miljun Ewro. Matthew Scerri