Ċaħda minn Wenger dwar Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Arsene Wenger ta’Arsenal ċaħad b’saħħa li l-klabb tiegħu huwa interessati f’Paulo Dybala. Ftit jiem ilu Zamparini qal li rċieva offerta mingħand Arsenal għal Dybala. F’dan l-istadju mhux ċert min qed jigdeb bejn Zamparini u Wenger. Matthew Scerri

Zamparini: “Juve u Arsenal ressqu offerta għal Dybala”

MatthewJuve News Leave a Comment

Intervistat minn ‘Radio Marte’ il-President ta’ Palermo. Maurizio Zamparini żvela li Juventus u Arsenal diġà ressqu offerta għal Dybala. Hu kkonferma li Dybala jixtieq jibqa’ l-Italja, għalkemm Arsenal huma l-ewwel preferenza tiegħu fl-Ingilterra. Zamparini tenna li hu jrid 40 miljun Ewro għal Dybala. Finalment hu qal ukoll li nhar il-Ġimgħa se jkun l-Italja l-aġent tiegħu. Matthew Scerri

Il-prezzijiet ta’ Dybala u Vazquez

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Palermo, Maurizio Zamparini reġa’ tkellem dwar Dybala u Vazquez. Hu qal li lest ibigħhom u indika l-prezzijiet tagħhom. Zamparini sostna li jrid 40 miljun Ewro għal Dybala peress li jrid li l-accounts ta’ Palermo jkunu f’posthom. Vazquez, mill-banda l-oħra, għandu valur ta’ 20 miljun Ewro. Matthew Scerri

L-offerta ta’ Juve għal Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Tuttosoport’ Juventus qed joffru 25 miljun Ewro flimkien ma’ xi plejers lil Palermo għal Paulo Dybala. Il-Bianconeri qed jiġu indikati bħala l-favoriti nett li jiffirmaw lil Dybala peress li jidhru li huma l-ewwel preferenza tal-attakkant Arġentin. Matthew Scerri

Dybala jixtieq jibqa’ l-Italja

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġenti ta’ Dybala kellhom laqgħa mal-President ta’ Palermo, Zamparini sabiex jiddiskutu l-futur tal-attakkant Arġentin. Huma għarrfuh li l-ewwel preferenza ta’ Dybala hi li jkompli jilgħab fil-kampjonat Taljan. Din hi aħbar, li jekk tkun konfermata, żgur se tagħti pjaċir lil Juventus, Roma, Inter u Napoli hekk kif dawn kollha jriduh fit-tim tagħhom għas-sena d-dieħla. Matthew Scerri

Zamparini: “Għandi offerta ta’ 40 miljun għal Dybala”

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Palermo, Maurizio Zamparini ċaħad b’saħħa l-aħbar li Paulo Dybala għandu diġà ftehim ma’ Juventus għas-sena d-dieħla. Skont Zamparini dan mhux minnu, anzi hu qed jilqa’ l-offerti għall-attakkant Arġentin. Zamparini żvela li hemm xi klabb li offrilu diġà 40 miljun Ewro għal Dybala. Matthew Scerri

Dybala u Vazquez. Illejla narawhom fl-azzjoni

MatthewJuve News Leave a Comment

Illejla Juventus se jilagħbu kontra l-Palermo ta’ Dybala u Vazquez. Iż-żewġ plejers se jkunu segwiti mill-qrib peress li jinsabu fil-mira tal-Bianconeri għall-istaġun li jmiss. Interessanti li Dybala u Vazquez ipparteċipaw f’74% tal-azzonijiet tal-gowls kollha ta’ Palermo f’dan l-istaġun. Matthew Scerri

Zamparini jtenni li Dybala jiswa 40 miljun Ewro

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Palermo, Maurizio Zamparini reġa’ attakka lill-aġent Triulzi li qed iġennen lil Paulo Dybala sabiex jitlaq minn Sqallija. Hu sostna li Triulzi qed iħares biss lejn il-flus u mhux lejn il-karriera ta’ Dybala.  Zamparini tenna wkoll li hu jinsab disposta li jbigħ lil Dybala biss għamilha ċara li l-offerta minima li qed jistenna hi ta’ 40 miljun Ewro. Matthew …

Rappreżentanti ta’ Juve f’Palermo għal Rugani u Dybala

MatthewJuve News Leave a Comment

‘Sky’ taw l-aħbar li scouts ta’ Juventus illum assistew għall-partita Palermo-Empoli. Huma raw fl-azzjoni kemm lil Daniele Rugani kif ukoll lil Paulo Dybala. Dan tal-aħħar qed jingħata valur ta’ 40 miljun Ewro minn Palermo, somma li Juventus diffiċilment se jħallsu. ‘Sky’ qed jirrapurtaw ukoll li għalissa Juventus mhux interessati f’Franco Vazquez ta’ Palermo. Matthew Scerri