Emre Can-Borussia. 5 miljuni ‘l bogħod

MatthewJuve News Leave a Comment

Qed ikun irrapurtat li jonqos bejn wieħed u ieħor 5 miljuni bejn domanda u offerta sabiex it-trasferiment ta’ Emre Can ma’ Borussia Dortmund iseħħ. Sportmediaset taw l-aħbar li Juventus qed jitolbu 30 miljun Ewro għalih, filwaqt li Borussia offrew 25 miljun. Mhux eskluż lanqas li Emre jingħaqad b’self ta’ sitt xhur ma’ Borussia biex imbagħad fis-sajf il-Ġermaniżi jkollhom l-obbligu li …

Paratici jgħid tiegħu dwar De Sciglio, Kurzawa, Emre Can u Bernardeschi

MatthewJuve News Leave a Comment

Qabel Napoli-Juventus, Fabio Paratici tkellem dwar l-għidut tas-suq tat-trasferimenti li jikkonċerna lil Juventus. Hu kkonferma li Juventus jinsabu f’taħdidiet ma’ PSG għall-bdil bejn De Sciglio u Kurzawa. Paratici kkonferma wkoll li hemm diversi klabbs li jridu lil Emre Can: “Nisperaw li jibqa’ magħna. Però jekk tasal offerta li tikkuntenta lil kulħadd, ikollna naraw x’se nagħmlu,” qal Paratici. Hu żied anki …

Emre Can mhux mgħajjat għax …

MatthewJuve News Leave a Comment

Emre Can ma ġiex mgħajjat għall-partita kontra Napoli. Uffiċjalment hu għandu l-influwenza. Madankollu ħafna jaħsbu li hu ma ġiex mgħajjat b’rabta mal-għidut tal-calciomercato. Fadal biss ftit jiem qabel jagħlaq is-suq tat-trasferimenti u Emre Can għandu diversi offerti. Għaldaqstant, kif drajna fl-aħħar snin, x’aktarx li hu tħalla barra bil-għan li jkun jista’ jirrifletti fuq il-futur tiegħu. L-istess jgħodd għal De Sciglio …

Juventus isegwu b’attenzjoni lil Allan

MatthewJuve News Leave a Comment

Hu maħsub li jekk Juventus jirnexxilhom ibigħu lil Emre Can, il-Bianconeri jagħmlu tentattiv biex jixtru lil Allan ta’ Napoli. Sarri jħobbu ħafna u hu l-plejer ideali għan-nofs il-grawnd tiegħu. Allan, min-naħa tiegħu, jidher mifrud f’daru ma’ Napoli u qed jagħmel minn kollox sabiex jibda esperjenza ġdida ma’ tim ieħor. Matthew Scerri

Emre Can irid jitlaq immedjatament

MatthewJuve News Leave a Comment

Emre Can jidher li jinsab urtat immens għall-mod kif qed jittrattah Sarri. Nhar l-Erbgħa lanqas biss ġie użat fil-partita tal-Coppa Italia. Emre Can tant jidher irrabjat li allegatament talab lill-aġenti tiegħu jsibulu tim ġdid immedjatament. Tant jidher iddisprat li jitlaq, li saħansitra x’aktarx lest imur ma’ timijiet rivali tal-eks klabb tiegħu, Liverpool. Fil-fatt Manchester United, Everton u Tottenham jinsabu interessati …