Illum l-Uefa se tiddeċiedi

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum hi ġurnata importanti biex inkunu nafu x’se jkun il-futur tal-kampjonat domestiċi, il-kompetizzjonijiet Ewropej u l-Euro2020 hekk kif il-President tal-Uefa se jkollu laqgħa permezz ta’ video conference mal-kapijiet tal-Federazzjonijiet kollha. Illum x’aktarx ikollna idea aktar ċara dwar kif se jitkomplew il-kampjonati, iċ-Champions League u l-Europa League. Barra minn hekk illum suppost ikun imħabbar li l-Euro2020 se jkollu jintlagħab f’dati oħra …

Il-Euro2020 f’Diċembru?

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Uefa tinsab disposta li tipposponi l-Euro2020. Kif diġà irrapurtajna nhar it-Tlieta 17 ta’ Marzu se tittieħed id-deċiżjoni finali f’dan ir-rigward. Bħalissa hemm l-għidut li l-Kampjonat Ewropew jista’ jintlagħab f’Diċembru ta’ dis-sena stess, aktar milli f’Ġunju  tas-sena d-dieħla meta hemm il-Finali tan-Nations League u l-World Cup għall-Klabbs tal-FIFA. Jekk verament il-Euro2020 jintlagħab f’Diċembru allura se jkun għadda l-istess format li se …

U issa x’se jiġri?

MatthewJuve News Leave a Comment

Kollox jindika li nhar it-Tlieta 17 ta’ Marzu, l-Uefa se tieħu d-deċiżjoi li tmexxi l-Euro2020 għas-sena d-dieħla. Dan qed isir anki bit-tama li l-kampjonat domestiċi u l-kompetizzjonijiet Ewropej ikunu jistgħu jitkomplew wara li tgħaddi l-emerġenza Coronavirus. L-idea hi li l-partiti li fadal tal-kampjonati domestiċi jilħqu jintlagħbu sa tmiem Ġunju, jew l-iktar l-iktar f’Lulju (għalkemm hemm il-kwisjtoni li xi plejers għandhom …

Hemm xi ostakli biex il-Euro2020 jitmexxa għas-sena d-dieħla

MatthewJuve News Leave a Comment

Kulħadd qed ibassar li l-Euro2020 se jitmexxa għas-sena d-dieħla fid-dawl tal-iżviluppi reċenti marbuta mal-imxija tal-Coronavirus fl-Ewropa kollha. Madankollu hemm xi ostakli biex dan verament iseħħ. Qabelxejn f’Ġunju 2021 l-Uefa għandha ppjanata l-Finali tan-Nations League. Barra minn hekk il-FIFA ilha taħdem biex fis-sajf tas-sena d-dieħla torganizza l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja għall-Klabbs bil-parteċipazzjoni ta’ 24 klabb mid-dinja kollha. Matthew Scerri

L-Uefa ma tridx tħassar il-Euro2020, imma l-Federazzjonijiet iridu mod ieħor

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Uefa donnha qed tgħix f’dinja oħra, dinja ta’ fantasija fejn il-Coronavirus hi biss influwenza normali li daqt tgħaddi. Kollox qisu xejn mhu xejn. Qishom qed jgħixu f’dinja tal-ħolm fejn f’April maġikament il-marda se tisparixxi darba għal dejjem. Ma jridux jiftħu għajnejhom għal dak li qed jiġri fid-dinja kollha fejn kuljum il-persuni morda qed jiżdiedu u eluf qed jitilfu l-battalja mal-marda. …

Itellgħu l-poloz tal-Euro2020

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum ittellgħu l-poloz tal-gruppi tal-Euro2020. Il-gruppi ġew iffurmat bil-mod kif ġej: Grupp AItaljaTurkijaWalesŻvizzera Grupp BBelġjuRussjaDanimarkaFinlandja Grupp ĊUkrajnaOlandaAwstrijaRebbieħ play-off  D Grupp DIngilterraKroazjaRepublika ĊekaRebbieħ play-off Ċ Grupp ESpanjaPolonjaŻvezjaRebbieħ play-off B Grupp FĠermanjaFranzaPortugallRebbieħ play-off A Matthew Scerri