Fabinho: “L-aħħar sena tiegħi ma’ Monaco”

MatthewJuve News Leave a Comment

Fabinho stqarr pubblikament li din hi l-aħħar sena tiegħu ma’ Monaco. Diversi timijiet kbar mill-Ewropa kollha, fosthom anki Juventus, jinsabu interessati fih. Ovvjament il-konkorrenza qawwija għall-akkwist tiegħu mhux se tagħmilha faċli għal min iridu sabiex jakkwistah. U l-prezz mhux se jkun wieħed baxxa lanqas. Juventus, insomma, huma interessati imma mhux disposti jonfqu żżejjed għalih. Matthew Scerri

Juventus kienu offrew 40 miljun għal Fabinho

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi Franza qed jirrapurtaw li fis-sajf Juventus kienu waslu joffru 40 miljun Ewro għal Fabinho. Monaco, però, ma laqgħux din l-offerta peress li ma jridux ibigħuh għal inqas minn 60 miljun. Dan kollu kien rappurtat minn “Le10 Sport”. Skonthom PSG, fis-sajf li ġej, lesti joffru somma fenomenali sabiex jiksbu s-servizzi tiegħu. Matthew Scerri

Fabinho fil-mira ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus tefgħu għajnejhom fuq Fabinho ta’ Monaco. Il-full-back dan l-aħħar qed jilgħab anki f’nofs il-grawnd u sejjer tajjeb ħafna. Nafu kemm jogħġbu lil Juventus il-plejers li kapaċi jilagħbu f’pożizzjonijiet differenti. Il-prezz tiegħu hu ta’ 15-il miljun Ewro. Matthew Scerri