Aħbarijiet tal-Calciomercato (17 ta’ Ġunju 2015)

MatthewJuve News Leave a Comment

Isla ma’ Fiorentina Juventus x’aktarx sabu tim għal Mauricio Isla. Fiorentina, fil-fatt, iriduh b’saħħa. Juventus m’għandhom l-ebda objezzjoni li jagħtuhulhom. Erbgħa jridu lil Storari Tliet timijiet tas-Serie A u wieħed tas-Serie B iridu jiksbu s-servizzi ta’ Marco Storari. It-timijiet huma: Bologna, Fiorentina, Frosinone u Cagliari. Falcao b’self ma’ Chelsea Il-media Ingliża qed tirraporta li hemm ftehim bejn Monaco u Chelsea …

Falcao jsellem lil Manchester United

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum formalment Falcao ta l-addijo tiegħu lil Manchester United. Fil-fatt fuq Instagram hu kiteb li fil-ħajja hu dejjem diffiċli tagħmel l-għażliet ġodda u jsiru tibdiliet. Madankollu żied li wieħed għandu jirriskja jagħmel dan. Matthew Scerri

Ikla f’Turin għal Falcao u Martial

MatthewJuve News Leave a Comment

F’nofsinhar rappreżentanti ta’ Juventus u Monaco kellhom ikla f’restorant fiċ-ċentru ta’ Turin. Din hi ħaġa li ssir normalment kull meta jkun hemm partita taċ-Champions League. Madankollu hemm ħafna li jemmnu li din l-ikla serviet sabiex Juventus jistaqsu informazzjonijiet dwar il-possibbiltà li jiksbu mingħand Monaco lil Falcao u Martial. Matthew Scerri

Tiżdied il-konkorrenza għal Falcao

MatthewJuve News Leave a Comment

Aħbarijiet xejn sbieħ dwar Falcao hekk kif diversi timijiet qed juru interess fih għas-sena li jmiss. Il-gazzetta ‘Metro’ qed tirraporta li Liverpool fetħu negozjati ma’ Monaco għal Radamel Falcao. Allegatament huma qed joffru 29 miljun Ewro għalih. Fl-istess ħin ‘Daily Express’ taw l-aħbar li Real Madrid lesti jħallsu 45 miljun Ewro għal Falcao.  Ma’ dawn it-timijiet irridu nżidu anki lil …

Monaco jridu jbigħu lil Falcao għal kollox

MatthewJuve News Leave a Comment

“L’Equipe” ta l-aħbar xejn sabiħa għal Juventus li Monaco jridu jbigħu lil Falcao għal kollox dan is-sajf. Il-prezz li huma qed jitolbu hu ta’ 45 miljun Ewro. Juventus ma jifilħux iħallsu somma hekk u kienu qed jittamaw li jieħdu lil Falcao b’self bħalma għamlu Manchester United din is-sena. Matthew Scerri

Għadna rridu lil Falcao u Jovetic

MatthewJuve News Leave a Comment

Skont ‘Tuttosport’ Juventus qegħdin isegwu lil Falcao u Jovetic għas-sajf 2015. L-idea hi li jsaħħu lit-tim bi plejer ta’ klassi li jkun għatxan li juri x’jaf wara sena deludenti. Fl-istess ħin ikunu jistgħu jikkonvinċu lil Pogba jibqa’ magħhom peress li jkollhom skwadra iktar qawwija. Matthew Scerri

Falcao rrabjat mal-aġent

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-media Spanjola qed tirraporta li Radamel Falcao jinsab irrabjat immens mal-aġent tiegħu għall-fatt li fis-sajf li għadda pprefera l-offerta ta’ Manchester United għal dik ta’ Juventus. Dawn l-aħbarijiet qed ikomplu jibnu l-istennija biex forsi mis-sajf li ġej Falcao jibda jilbes il-flokk ta’ Juventus. Matthew Scerri

Liema hu l-klabb misterjuż li qed isegwi lil Falcao?

MatthewJuve News Leave a Comment

L-eks-aġent u issa ħabib intimu ta’ Radamel Falcao, ċertu Silvano Espindola ddikjara li l-attakkant Kolombjan qed jibki kemm-il darba minħabba s-sitwazzjoni li nħolqot ma’ Manchester United. Hu qal ukoll li “hemm klabb li dejjem segwih u qed iżomm taħt kontroll is-sitwazzjoni”. Ħadd ma jaf eżattament liema hu dawn il-klabb. Hemm min qed jipotizza li jistgħu jkunu Juventus peress li nafu li …

Fis-sajf se nagħmlu tentattiv ieħor għal Falcao

MatthewJuve News Leave a Comment

Radamel Falcao qed jgħodd il-ġranet għat-tmiem tal-avventura tiegħu ma’ Manchester United. Ir-rapport ma’ Van Gaal hu ħażin immens. Ir-Red Devils mhux se jikkonfermaw fis-sajf u allura Falcao se jmur lura ma’ Monaco. L-idea ta’ Marotta hi li jerġa’ javviċina lil Monaco, bħalma għamel fis-sajf li għadda, sabiex jitlob lil Falcao b’self. Matthew Scerri