Uffiċjali: Favilli misluf lil Genoa

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus ħabbru d-dettalji tal-ftehim ma’ Genoa għas-self ta’ Favilli. L-attakkant se jkun qed jingħaqad ma’ Genoa b’self għal sena, liema self se jkun imħallas 5 miljuni. Is-sena d-dieħla Genoa se jkunu jistgħu jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 7 miljuni. Matthew Scerri

L-aġent: “Xejn definittiv dwar it-trasferiment ta’ Favilli ma’ Genoa”

MatthewJuve News Leave a Comment

L-aġent Donato Di Campli spjega li għad m’hemm xejn definittiv dwar it-trasferiment ta’ Favilli ma’ Genoa. Skontu l-offerta ta’ Genoa għadha mhix tissodisfa lil Juventus. Hu żied li jekk Favilli se jkompli jiskurja fil-partiti ta’ ħbiberija ma’ Juventus, il-prezz tiegħu se jogħla. Porto u Udinese qed isegwu dis-sitwazzjoni u lesti jidħlu għal Favilli f’każ li jfalli t-trasferiment ma’ Genoa. Matthew …

Favilli segwit minn żewġ klabbs tas-Serie A

MatthewJuve News Leave a Comment

Andrea Favilli hu wieħed minn dawk il-plejers li f’Awwissu se jkunu qed jitilqu lil Juventus. Apparti Udinese li ilhom jaħdmu biex jiksbuh, issa jidher li hemm interess qawwi fih anki minn Sampdoria. Marotta u Paratici lesti jisimgħu kull offerta u se jagħżlu l-aqwa waħda biex ikomplu jgħinu lil Favilli jimmatura bħala plejer. Matthew Scerri

X’se jkun minn Favilli?

MatthewJuve News Leave a Comment

X’se jkun il-futur ta’ Andrea Favilli issa li rritorna ma’ Juventus? Nafu li hu se jqatta’ l-preseason ma’ Juventus u wara se jkun f’idejn Allegri jżommux jew inkella jibagħtu jikseb l-esperjena ma’ tim ieħor. Chievo u Bologna fis-Serie A u Perugia fis-Serie B diġà ħabbtu l-bibien ta’ Juventus għalih. Issa kollox f’idejn Allegri. Matthew Scerri