Posts

Juventus-Ferencvaros. Statistika tal-konfronti tal-passat

Din hi l-ewwel darba fl-istorja li Juventus u Ferencvaros qed jilagħbu kontra xulxin fiċ-Champions League. B’kollox, però, insibu li kien hemm tmien konfronti diretti bejn it-timijiet. Fis-Snin Tletin tas-Seklu l-ieħor Juventus u Ferencvaros iltaqgħu erba’ darbiet fit-Tazza tal-Ewropa Ċentrali. Tletin sena wara, fis-Snin Sittin, kien hemm żewġ konfronti fil-Mitropa Cup u logħba fit-Tazza tal-Fieri. Fl-4 ta’ Novembru li għadda Ferencvaros laqgħu f’darhom lil Juventus għall-ewwel darba fiċ-Champions League. Kif kulħadd jiftakar dakinar Juventus rebħu bl-iskor ta’ 1-4 bil-gowls ta’ Morata u Dybala.

Mil-lat statistiku nsibu li Juventus rebħu erbgħa mis-seba’ konfronti ma’ Ferencvaros. Apparti dawn l-erba’ rebħiet kien hemm żewġ draws u żewġ rebħiet għat-tim Ungeriż.

Matthew Scerri

Ferencvaros-Juventus bir-ritratti

Qed inwasslulkom ġabra ta’ ritratti tal-aqwa mumenti tal-partita Ferencvaros-Juventus. Din il-photogallery hi magħmula minn ritratti li ġew ippubblikati fil-websajt ta’ Juventus. 

Sors: Juventus.com

Ferencvaros-Juventus 1-4

Juventus lura għar-rebħ anki fiċ-Champions League. Il-Bianconeri komplew juru progress kemm mil-lat atletiku kif ukoll mill-aspett tattiku. Iktar ma jilagħbu flimkien, aktar qed tikber il-kunfidenza fost il-plejers Bianconeri. Morata qed ikun miċidjali fil-kaxxa avversarja f’kull partita. Arthur, imbagħad, qed jidħol iktar fil-mekkaniżmi tat-tim. Danilo fuq wara qed ikun attent u jidher li hu plejer totalment differenti minn dak tas-sena li għaddiet. Ma’ dawn, irridu nżidu l-bqija tal-plejers fit-tim ta’ Pirlo peress li llum kulħadd kien tajjeb u ta sehmu għal dawn it-tliet punti. L-avversarju kien li kien, biss dawn ir-rebħiet jgħinu lit-tim biex jaħdem bi trankwillità. F’das-sens żgur li l-gowl(s) ta’ Dybala se jservuh biex isib ftit tal-paċi wara xhur diffiċli jikkumbatti ma’ injury. Dybala flimkien ma’ sħabu l-oħra issa jridu jkompli jaħdmu ħalli jkollhom wirjiet aqwa fil-partiti li jmiss.  

FERENCVAROS-JUVENTUS 1-4

Skurjaw: 2 Morata (J), 1 Dybala (J), Dvali (awtogol) (J), Boli (F)

Ferencvaros (4-5-1): Dibusz; Lovrencsics, Blazic, Dvali, Botka (Heister); Zubkov (Uzuni), Siger, Kharatin, Somalia, Nguen (Mak); Isael (Boli). Kowċ: Rebrov

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Bonucci, Chiellini, Danilo; Cuadrado (Frabotta), Arthur (Bentancur), Rabiot, Chiesa (Bernardeschi); Ramsey (McKennie); Morata (Dybala), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Referee: Grinfeld

Karti sofor: Botka (F)

Matthew Scerri

Uffiċjali: Kif se jibdew Ferencvaros u Juventus

Ferencvaros (4-5-1): Dibusz; Lovrencsics, Blazic, Dvali, Botka; Zubkov, Siger, Kharatin, Somalia, Nguen; Isael.

Juventus (3-4-1-2): Szczesny; Bonucci, Chiellini, Danilo; Cuadrado, Arthur, Rabiot, Chiesa; Ramsey; Morata, Ronaldo.

Kif x’aktarx se jilagħbu Ferencvaros u Juventus

Ferencvaros (4-2-3-1): Dibusz; Lovrencsics, Blazic, Kovacevic, Heister; Somalia, Kharatin; Zubkov, Siger, Nguen; Isael.

Juventus (3-4-1-2): Buffon; Danilo, Bonucci, Chiellini; Cuadrado, Arthur, Rabiot, Kulusevski; McKennie; Morata, Ronaldo.  

Sors: Sportmediaset