Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Novembru)

MatthewJuve News Leave a Comment

Illum se nfakkru paġna mhux tant sabiħa tal-passat ta’ Juventus. Bħal-lum fl-1973 Juventus kienu tilfu l-Finali tat-Tazza Interkontinentali kontra l-Indipendiente. Dik kienet l-ewwel darba li Juventus kellhom iċ-ċans li jsiru champions tad-dinja, imma ma għarfux jieħdu l-opportunità tad-deheb. Ta’ min jgħid li dik is-sena Juventus kienu tilfu l-ewwel Finali tat-Tazza taċ-Champions kontra Ajax. L-Olandiżi għażlu li ma jilagħbux it-Tazza Interkontinentali …

Benevento-Juventus. Ħarsa lejn il-konfronti tal-passat

MatthewJuve News Leave a Comment

Ma tantx hemm wisq x’tgħid dwar il-konfronti tal-passat bejn Juventus u Benevento. Fil-fatt fil-kotba tal-istorja nsibu biss żewġ konfronti uffiċjali bejn it-timijiet. Il-konfronti jmorru lura għas-sena 2017/18 meta Benevento għall-ewwel darba lagħbu fis-Serie A. F’dak l-istaġun Juventus għelbu lil Benevento 2-1 fl-Allianz Stadium u 4-2 f’dar l-avversarji. Il-filmati t’hawn taħt juruna l-aqwa siltiet tal-partiti.