Iffirmat kuntratt ma’ Cyber Agent. It-tielet sponsor għall-ewwel darba fuq il-flokk Juventin!

MatthewJuve News Leave a Comment

Għall-ewwel darba fl-istorja fuq il-flokk ta’ Juventus se jidher anki l-logo tat-tielet sponsor. Illum tħabbar li ġie ffirmat kuntratt ta’ tliet snin bejn Juventus u Cyber Agent, kumpanija Ġappuniża magħrufa mad-dinja kollha għall-videogames li joħolqu. Il-logo u l-kitba Cygames se jidhru fuq in-naħa ta’ wara tal-flokk Juventus, fin-naħa t’isfel tal-kaxxa s-sewda fejn ikun hemm l-isem u n-numru tal-plejer. Fuq in-naħa …

Żvelat uffiċjalment il-flokk away ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Sar magħruf illum b’mod uffiċjali liema se jkun it-tieni flokk, dak away, li Juventus se jkunu qed jużaw fil-partiti tal-istaġun 2017/18.  Se jkun flokk isfar round-neck b’burduri blu. Ix-xorts se jkunu kollha kemm huma blu. Infakkru li l-blu u l-isfar huma l-kuluri tal-belt ta’ Turin u spiss rajna lil Juventus jilbsuhom. Matthew Scerri

Cuadrado jiżvela l-flokk tas-sena d-dieħla

MatthewJuve News Leave a Comment

Cuadrado bi żball tella’ fuq Twitter ritratt tiegħu bil-flokk il-ġdid li Juventus se jkunu qed jilagħbu bih fl-istaġun li jmiss. Fuq il-flokk jidher ovvjament il-logo l-ġdid. Ftit wara li tella’ dan ir-ritratt, Cuadrado induna bl-iżball u malajr ħassar it-tweet tiegħu. Matthew Scerri

Ippreżentat it-tielet flokk ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Adidas ħarġu t-tielet flokk li Juventus se jkunu qed jużaw dis-sena. Hu flokk abjad bi strixxi rqaq suwed mal-ġenb u disinn forma ta’ daqqiet zebrati fuq l-ispalla u l-kmiemi. Min ikun jixtieq jakkwista dan il-flokk jew kwalunkwe flokk ieħor ta’ Juventus, ikun jista’ jagħmel dan mis-souvenir shop tal-Club tagħna. Matthew Scerri

It-tieni flokk hu blu

MatthewJuve News 1 Comment

Ġie uffiċjalment ippreżentat dak li se jkun it-tieni flokk ta’ Juventus għall-istaġun 2016/17. Kif imbassar se jkun b’rigi wisgħin b’żewġ tonalitajiet ta’ blu. Matthew Scerri