Juventus offrew li jgħinu lil Notts County

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-klabb Ingliż ta’ Notts County dan l-aħħar kellu problemi finanzjarji kbar u kien fix-xifer tal-falliment. Tant waqgħu lura fil-pagamenti tagħhom li Puma lanqas biss reidu jkomplu jfornuhom il-flokkijiet għall-partiti. Meta sar jaf b’din is-sitwazzjoni, Andrea Agnelli offrew li jagħtihom flokkijiet ta’ Juventus biex ikunu jistgħu jilagħbu bihom. Ta min ifakkar li fl-1902 Juventus kienu bidlu l-flokk roża tal-bidu nett mal-flokk …

Ippreżentat it-tieni flokk ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus u Adidas ippreżentaw dak li se jkun it-tieni flokk tat-tim għal dis-sena. Hu flokk abjad b’burduri ħomor. Anki l-logos u l-kitba tal-isponsor huma ħomor. Dan hu flokk ieħor innovattiv peress li ftit li xejn tradizzjonalment nassoċjaw l-aħmar ma’ Juventus, għalkemm fil-passat kien hemm xi flokkijiet Juventini b’dal-kulur. Matthew Scerri

Uffiċjali: Il-flokk il-ġdid ta’ Juventus għas-sena 2019/20

MatthewJuve News Leave a Comment

Juventus ikkonfermaw b’mod uffiċjali li l-flokk tas-sena 2019/20 se jkun wieħed li jikser it-tradizzjoni. Minflok l-istrixxi li drajna bihom, Juventus se jkunu qed jilbsu flokk maqsum vertikalment f’żewġ partijiet, naħa bajda u naħa sewda. Fin-nofs se jkun hemm linja rqiqa roża. Matthew Scerri View this post on Instagram A choice. An oath. Stand together. BE THE STRIPES. ⚫⚪ Introducing our …

Il-flokk il-ġdid mistenni jkun ferm differenti minn dak li drajna bih

MatthewJuve News 1 Comment

Jidher li ftit li xejn baqa’ dubji dwar il-flokk il-ġdid li Juventus se jkunu qed jilagħbu bih fl-istaġun 2019/20. Online dehru ritratti ta’ Dybala u Bernardeschi fl-Allianz Stadium lebsin flokk nofsu abjad u nofs iswed. Dan il-flokk qed iqajjem dibattitu sħiħ fost is-supporters hekk kif għall-ewwel darba sparixxew l-istrixxi vertikali bojod u suwed li tant huma sinonimu ma’ Juventus. Qed …

Iffirmat kuntratt ma’ Cyber Agent. It-tielet sponsor għall-ewwel darba fuq il-flokk Juventin!

MatthewJuve News Leave a Comment

Għall-ewwel darba fl-istorja fuq il-flokk ta’ Juventus se jidher anki l-logo tat-tielet sponsor. Illum tħabbar li ġie ffirmat kuntratt ta’ tliet snin bejn Juventus u Cyber Agent, kumpanija Ġappuniża magħrufa mad-dinja kollha għall-videogames li joħolqu. Il-logo u l-kitba Cygames se jidhru fuq in-naħa ta’ wara tal-flokk Juventus, fin-naħa t’isfel tal-kaxxa s-sewda fejn ikun hemm l-isem u n-numru tal-plejer. Fuq in-naħa …

Żvelat uffiċjalment il-flokk away ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Sar magħruf illum b’mod uffiċjali liema se jkun it-tieni flokk, dak away, li Juventus se jkunu qed jużaw fil-partiti tal-istaġun 2017/18.  Se jkun flokk isfar round-neck b’burduri blu. Ix-xorts se jkunu kollha kemm huma blu. Infakkru li l-blu u l-isfar huma l-kuluri tal-belt ta’ Turin u spiss rajna lil Juventus jilbsuhom. Matthew Scerri