Cuadrado jiżvela l-flokk tas-sena d-dieħla

MatthewJuve News Leave a Comment

Cuadrado bi żball tella’ fuq Twitter ritratt tiegħu bil-flokk il-ġdid li Juventus se jkunu qed jilagħbu bih fl-istaġun li jmiss. Fuq il-flokk jidher ovvjament il-logo l-ġdid. Ftit wara li tella’ dan ir-ritratt, Cuadrado induna bl-iżball u malajr ħassar it-tweet tiegħu. Matthew Scerri

Ippreżentat it-tielet flokk ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Adidas ħarġu t-tielet flokk li Juventus se jkunu qed jużaw dis-sena. Hu flokk abjad bi strixxi rqaq suwed mal-ġenb u disinn forma ta’ daqqiet zebrati fuq l-ispalla u l-kmiemi. Min ikun jixtieq jakkwista dan il-flokk jew kwalunkwe flokk ieħor ta’ Juventus, ikun jista’ jagħmel dan mis-souvenir shop tal-Club tagħna. Matthew Scerri

It-tieni flokk hu blu

MatthewJuve News 1 Comment

Ġie uffiċjalment ippreżentat dak li se jkun it-tieni flokk ta’ Juventus għall-istaġun 2016/17. Kif imbassar se jkun b’rigi wisgħin b’żewġ tonalitajiet ta’ blu. Matthew Scerri

Flokk bil-logo tal-Expo għat-tliet partiti li jmiss

MatthewJuve News Leave a Comment

Għada kontra Lazio Juventus se jżanżnu flokk ġdid li fuqu se jkun hem il-logo tal-Expo. Dan l-istess flokk se jintuża fit-tliet partiti li jmiss tal-kampjonat. Din hi inizjattiva li ried il-main sponsor ta’ Juventus peress li Fiat Chrysler Automobiles u CNH Industrial huma sponsors anki tal-Expo. Matthew Scerri

It-tliet stilel fuq il-flokk ta’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetti u s-siti tal-futbol qed jirrapurtaw li fil-katalogu ta’ Adidas hemm deskrizzjoni tal-flokkijiet ta’ Juventus tas-sena d-dieħla. S’issa għad m’hemmx ritratti uffiċjali. L-unika ċertezza hi li se jidhru t-tliet stilel madwar il-logo ta’ Juventus. Dawn sparixxew minn fuq il-flokk ta’ Juventus wara r-rebħa tat-30 scudetto. Matthew Scerri