Juventus lesti jagħmlu investiment importanti għal Gabriel Jesus

MatthewJuve News Leave a Comment

Minn meta ħarġet l-aħbar tal-passi dixxiplinari fil-konfront ta’ Manchester City, l-għidut tas-suq tat-trasferimenti żdied mhux ħażin. Kulħadd donnu qed jaqbel li jekk jibqa’ barra mill-kompetizzjonijiet Ewropej, it-tim ta’ Guardiola se jkollu jbigħ uħud mill-istilel tiegħu. Fost dawn hemm Gabriel Jesus. Fl-aħħar jiem hu ssemma’ b’saħħa ma’ Juventus peress li jidher li Paratici għandu stima kbira tiegħu. Il-prezz hu għoli, biss …

Diversi attakkanti msemmija ma’ Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Jidher li fis-sajf Juventus għandhom fil-pjanijiet tagħhom l-akkwist ta’ attakkant minflok Gonzalo Higuain. Bħalissa qed isiru diversi ismijiet. Ibda biex hemm dejjem Icardi li ilhom minn tal-inqas fil-mira ta’ Juventus għal dawn l-aħħar sentejn. Apparti Icardi, issemmew anki Kane (Tottenham), Gabriel Jesus (Manchester City), Werner (Leipzig) u Haaland (Borussia Dortmund).  Matthew Scerri

Inter-Juventus, mill-ġdid rivali tal-mercato

MatthewJuve News Leave a Comment

Inter iddikjaraw ‘gwerra’ lil Juventus f’dak li hu calciomercato. Fil-fatt wara li ppruvaw ‘jisirqulna’ lil Berardi, issa jidher li qed jimmiraw li jieħdu żewġ plejers oħra li ilhom fil-mira tal-Bianconeri. Dawn huma Caprari u Gabriel Jesus. L-investiment għal Gabriel Jesus irid ikun wieħed qawwi biss il-proprjetà Ċiniża l-ġdid ta’ Inter mhux se tiddejjaq toħroġ somma kbira. Matthew Scerri

Gabriel Jesus jiswa iktar minn 30 miljun

MatthewJuve News Leave a Comment

Ma setax jonqos li jkun hemm taqtigħa kbira biex jiġi akkwistat Gabriel Jesus. Il-Brażilajn qed ikun segwit anki minn Real Madrid u Barcellona, apparti ovvjament anki Juventus. Dan qed iwassal biex il-prezz tiegħu jogħla u qed ikun rappurtat li diġà qed jingħata valur ta’ iktar minn 30 miljun Ewro. Matthew Scerri