Gagliardini jagħmel ‘like’ lil Bonucci u jisfa’ mill-ġdid ikkritikat mis-supporters ta’ Inter. Anki Douglas Costa jagħmel ‘like’!

MatthewJuve News Leave a Comment

Povru Gagliardini! Wara li kien ikkritikat għax mar jara Juventus-Barcellona, issa qed ikun fiċ-ċentru tal-kritika tas-supporters tat-tim tiegħu stess peress li għamel ‘like’ (billi għafas is-simbolu tal-qalb) għal ritratt imtella’ minn Bonucci wara Barcellona-Juventus. Mill-ewwel bdiet il-kritika Nerazzurra, b’xi wħud jgħidulu ċar u tond “Mur ma’ Juventus u ġibilna 40 miljun!” (donnhom insew li qiegħed b’self magħhom u li allura …

Kummenti online minn Interisti kontra Gagliardini għax mar jara Juventus-Barcellona

MatthewJuve News Leave a Comment

L-Interisti dejjem iridu jsibu xi ħaġa xi jmaqdru. Ittamaw li Juventus jitilfu u ma rnexxilhomx. Allura dawru l-attakki tagħhom fuq Gagliardini, ‘ħati’ li mar Turin jara Juventus-Barcellona. F’dinja normali dawn huma affarijiet li jiġru spiss u huma meqjusa normali. Imma kif dejjem ngħidu l-Italja, għallinqas fil-futbol, mhix pajjiż normali! Matthew Scerri

Marotta jiċħad l-għidut dwar Dybala u Gagliardini

MatthewJuve News Leave a Comment

Fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ Rincon, Marotta tkellem dwar il-mercato Juventin. Qabel xejn hu ċaħad li hemm problemi ma’ Dybala minħabba l-kuntratt il-ġdid tiegħu. Fi kliemu Dybala jinsab kuntent ma’ Juventus u l-Bianconeri qed jirrikonoxxulu kuntratt ta’ livell ogħla. Dwar Gagliaridini, Marotta ċaħad li qatt kien hemm negozjati ma’ Atalanta għall-akkwist tiegħu. Hu fakkar li Juventus għandhom lil Sturaro, Mandragora …

Telefonata ta’ Juventus lill-aġent ta’ Gagliardini kmieni waranofsinhar

MatthewJuve News Leave a Comment

Kuntatt illum kmieni waranofsinhar bejn Juventus u l-aġent Riso li għandu l-prokura ta’ Gagliardini. Il-Bianconeri ma jridux jafu li jitilfu lil Gagliardini. Fit-telefonata li saret lil Riso, Juventus saru jafu li Inter għadhom ma sabux ftehim mal-plejer għalkemm għandhom f’idejhom dak ma’ Atalanta. Suning, sid l-Inter, għadu ma awtorizzax għal kollox it-trasferiment minħabba l-kwistjoni tal-Fair Play Finanzjarju. Insomma t-trasferiment ta’ …

U jisfaxxa anki t-trasferiment ta’ Gagliardini

MatthewJuve News Leave a Comment

Mument xejn feliċi għal Juventus f’dak li għandu x’jaqsam mal-calciomercato. Wara Witsel u x’aktarx N’Zonzi, Juventus jidhru li tilfu anki lil Gagliardini. Imwiegħed lilhom kemm-il darba minn Atalanta, issa jidher li dan il-plejer se jmur b’self ma’ Inter sa tmiem l-istaġun. F’nofs il-grawnd Marotta mhux qed jirnexxilu jakkwista plejer kif jixtieq Allegri. Probabbli li f’dan l-istadju Hernanes ma jitħalliex jitlaq. …

Gagliardini. Tkompli l-battalja bejn Juventus u Inter

MatthewJuve News Leave a Comment

Fil-jiem li ġejjin se jkollna l-opportunità li nitkellmu ħafna dwar Gagliardini. Bħalissa għaddejja battalja qawwija bejn Juventus u Inter għalih. It-timijiet iriduh b’saħħa. Għall-kuntrarju ta’ dak li kien qed jintqal fil-jiem li għaddew, issa jirriżulta li l-Bianconeri jriduh immedjatament proprju minħabba li tilfu lil Witsel. In-Nerazzurri qed joffru somma bejn 25 u 27 miljun Ewro. Juventus qed jipproponu self imħallas …

Dwell bejn Juventus u Inter għal Gagliardini

MatthewJuve News Leave a Comment

Sfida fil-livell ta’ calciomercato bejn Juventus u Inter għal Gagliardini. In-Nerazzurri lesti joffru 25 miljun Ewro lil Atalanta għalih. Juventus allegatament waslu sa 20 miljun, biss għandhom favurihom il-fatt li qed jgħinu lil Atalanta jiksbu xi plejers (fosthom Orsolini), kif ukoll lesti jħallu lil Gagliardini ma’ Atalanta sa tmiem l-istaġun. Intant jidher li Juventus marru anki għal Luiz Gustavo li …

Inter u Roma wkoll iridu lil Gagliardini

MatthewJuve News Leave a Comment

Inter u Roma qed jippruvaw ‘jisirqu’ lil Gagliardini minn idejn Juventus. In-Nerazzurri, b’mod partikolari, dan l-aħħar qed jgħidu li bidlu l-istrateġija tagħhom u jridu jibnu tim ta’ plejers Taljani. Barra minn hekk huma jistgħu jbigħu lil Banega fiċ-Ċina u jinvestu l-flus fl-akkwist ta’ Gagliardini. Roma, mill-banda l-oħra, iridu midfielder wara li tilfu lil Rincon. Juventus għandhom favurihom relazzjonijiet tajba ferm …

Bye bye Witsel. Marotta jdur fuq Gagliardini, Tolisso u xi oħrajn

MatthewJuve News Leave a Comment

B’Witsel x’aktarx imur iċ-Cina, Juventus bdew ifittxu midfielders oħra biex isaħħu lit-tim ta’Allegri. L-akkwist ta’ Gagliardini hu probabbli ferm, biss x’aktarx se jibqa’ ma’ Atalanta sa tmiem l-istaġun. Marotta qed jerġa’ jikkunsidra anki lil Tolisso ta’ O.Lyon, kif ukoll xi midfielders li ilhom fil-mita tal-Bianconeri: Bakayoko (Monaco), Dohoud (Borussia Monchengladbach) u Goretzka (Schalke 04). Issa wieħed irid jara jekk dawn …