Diversi plejers segwiti minn Juventus fl-eventwalità li jitlaq Alex Sandro

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-futur ta’ Alex Sandro jibqa’ inċert b’Juventus konxji mill-fatt li hemm interess fih minn klabbs kbar. Nafu li Juventus lesti jħalluh jitlaq jekk jitlob li jinbigħ fis-sajf. Għaldaqstant diġà bdew iħarsu ftit madwarhom għal sostitut fl-eventwalità li vera jitlaq. Kemm-il darba semmejna lil Emerson Palmieri (Roma), Gayà (Valencia) u Darmian (Manchester United). Ma’ dawn irridu nżidu anki lil Wendell ta’ …

Sturaro jiftaħ it-triq għall-akkwist ta’ Gayà?

MatthewJuve News Leave a Comment

Huma ħafna li jemmnu li fis-sajf Juventus se jbigħu lil Alex Sandro u għaldaqstant se jkollhom bżonn plejer ma’ dik il-linja. L-isem tal-akkwist possibbli li qed isir hu dak ta’ Josè Gayà ta’ Valencia. Fl-aħħar sentejn Juventus dejjem kellhom rapport mill-aqwa ma’ Valencia kif jixhdu t-trasferimenti ta’ Zaza u Neto. Issa Valencia jridu anki lil Sturaro u mhux eskluż li Juventus …

Gaya mhux għall-bejgħ

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-President ta’ Valencia, Amadeo Salvo ddikjara pubblikament li l-klabb tiegħu mhux se jbigħ lil José Gaya. Hu sostna li Valencia mhuma se jiftħu negozjati la ma’ Real Madrid u lanqas ma’ xi klabb ieħor. Matthew Scerri

Bdil Llorente-Gayà?

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-website “Fichajes.net” tagħti l-aħbar li Juventus u Valencia jistgħu jiftehmu dwar xi bdil ta’ plejers. Fil-fatt Valencia jridu b’saħħa lil Llorente, filwaqt li Juventus huma interessati fil-full-back Gayà. Għaldaqstant jista’ jkun hemm tpartit bejn dawn iż-żewġ plejers. Matthew Scerri