Se nixtru attakkant ieħor?

MatthewJuve News Leave a Comment

Minħabba li Mandzukic għandu xahar barra b’injury, Juventus qed jikkunsidraw l-akkwist ta’ attakkant ieħor. Dan l-għaliex fit-tim se jkollhom biss tliet attakkanti (Morata, Dybala u Zaza). L-ismijiet li qed isiru huma dwak ta’ Matri u Gilardino. Dawn jiswew ftit, għandhom paga baxxa u jaf jagħtu l-kontribut tagħhom meta jkun hemm bżonn. Matthew Scerri

Aħbarijiet tal-Calciomercato (14 ta’ Jannar)

MatthewJuve News Leave a Comment

Real ħadu lil Odegaard It-taqtigħa għall-akkwist ta’ Odegaard rebħuha Real Madrid. Fis-sajf li ġej l-istilla Norveġiża se tiffirma kuntratt ta’ sitt snin ma’ Real Madrid. Jissemma Pazzini Illum issemma ħafna Giampaolo Pazzini ma’ Juventus. L-għidut kien li Giovinco kien se jingħata lil Fiorentina, b’Roma jieħdu lil Mario Gomez ta’ Fiorentina u Destro jingħaqad ma’ Milan. B’Destro mar-Rossoneri, Pazzini seta’ jissieħeb …

Zaza jew Gilardino flok Giovinco

MatthewJuve News 1 Comment

Sebastian Giovinco jista’ jħalli lil Juventus f’Jannar, għalkemm hu ilu jgħid li jrid jibqa’ Turin sa tmiem l-istaġun. F’każ li Marotta jirnexxilu jbigħu, Juventus ikollhom bżonn attakkant ġdid. Nafu li kien hemm kuntatt ma’ Sassuolo għal Simone Zaza. L-aġent ta’ Zaza stqarr pubblikament li l-attakkant Taljan lest jiġi ma’ Juventus minnufih. Madankollu mhux se jkun faċli li Sassuolo jħallih jitlaq …