Sospiżi 25 plejer ta’ Juventus Under 15

MatthewJuve News Leave a Comment

Id iebsa tal-Bord Dixxiplinari mal-plejers tal-Under 15 ta’ Juventus. 25 plejer tat-tim ġie sospiż partita waħda talli fil-11 ta’ Ġunju li għadda, fi tmiem is-SemiFinali kontra Napoli, kienu kantaw kor meqjus offensiv fil-konfront tat-tim avversarju u tal-belt li jirrappreżenta. L-episodju seħħ fid-dressing room u fuq is-social media kien deher filmat tal-plejers ikantaw “Abbiamo un sogno nel cuore, Napoli usa il …

Multa għal Palermo talli s-supporters tefgħu ġelat lejn ir-referee

MatthewJuve News Leave a Comment

Palermo se jkollhom iħallsu multa ta’ 10,000 Ewro talli fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet supporters tagħhom tefa’ ġelat lejn ir-referee waqt li kien fl-istadium. L-episodju seħħ fit-23 minuta tat-tieni taqsima tal-partita Palermo-Foggia. Fir-rapport tal-Imħallef tal-Isports naqraw li ntefa’ cone li laqat lir-referee bla ma weġġgħu. Matthew Scerri

Ebda deċiżjoni mill-Giudice Sportivo

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-Giudice Sportivo Gianpaolo Tosel ma ħa ebda deċiżjoni dwar il-każ tal-bomba li waqt id-Derby feriet disa’ persuni. Hu ra li għad m’hemmx ċertezza dwar kif żvolġew l-affarijiet u għaldaqstant talab għal investigazzjoni iktar bir-reqqa sabiex ikollu l-informazzjoni kollha meħtieġa  biex jaqta’ s-sentenza tiegħu. Matthew Scerri