Diego Godin kellu jieqaf ħesrem mit-training wara li qala’ daqqa f’siequ l-leminija. Hu żgur mhux se jilgħab kontra Leganes u hemm riskju li jkollu jitlef anki l-partita kontra Juventus ta’ nhar it-Tlieta. Matthew Scerri
Godin ma rċieva ebda offerta mingħand Atletico Madrid
Għall-kuntrarju ta’ dak li kien irrapurtat minn La Gazzetta dello Sport, jidher li fil-verità Diego Godin għadu ma rċieva ebda offerta minn Atletico Madrid għal kuntratt ġdid. Fil-fatt As qed tirraporta li l-pożizzjoni ta’ Atletico s’issa dejjem kienet ma toffrix kuntratti ġodda lill-plejers li qabżu t-tletin sena. Matthew Scerri
Godin mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Atletico Madrid
Diego Godin x’aktarx se jibqa’ ma’ Atletico Madrid. Fil-fatt, skont La Gazzetta dello Sport, id-difensur Urugwajan jidher li ġie konvint minn Simeone biex jibqa’ ma’ Atletico u jinsab f’taħdidiet mal-klabb biex iġedded il-kuntratt tiegħu. Matthew Scerri
Juventus b’saħħa fuq Godin
L-interess ta’ Juventus f’Diego Godin hu ħaj aktar minn qatt qabel. Fil-pjanijiet ta’ Juventus, fil-fatt, hemm li l-koppja ċentrali tad-difiża tagħhom tkun magħmula minn Chiellini u Godin. Atletico Madrid, min-naħa tagħhom, mhux disposti jbigħuh u qed jagħmluha ċara li min irid lil Godin irid ikun dispost iħallas l-20 miljun Ewro penali biex l-Urugwajan jinħall mill-kuntratt tiegħu. Fil-pjanijiet ta’ Juventus jista’ …
Juventus qed ifittxu difensur ċentrali
L-indikazzjonijiet huma li Juventus qed ifittxu difensur ċentrali ġdid. Nafu bl-interess f’Boateng, De Ligt u Godin. Ilna nisimgħu dwarhom. Issa jidher li Juventus talbu xi informazzjonijiet anki dwar Lindelof ta’ Manchester United u Stefan Savic ta’ Atletico Madrid. Kollha huma plejer li Juventus ilhom isegwu ħafna u minn dejjem esprimew stima kbira fihom. Matthew Scerri
Benatia fil-mira ta’ O. Marseille. L-ismijiet tas-sostituti eventwali tiegħu
Rudy Garcia jrid lil Benatia ma’ O. Marseille. It-tnejn li huma ilhom jafu lil xulxin minn żmien Roma u dejjem baqgħu f’relazzjoni tajba. Il-Bianconeri ma jridux ibigħuh biss bħal dejjem Juventus mhux se jżommu plejer li jkun irid jitlaq. Fl-eventwalità li Benatia jkun irid jitlaq, Juventus ikollhom bżonn difensur ġdid. L-ismijiet li qed isiru, apparti dawk ta’ Gimenez u Godin …