Juventus b’saħħa fuq Golovin

MatthewJuve News Leave a Comment

L-investiment f’plejer żagħżugħ ta’ dis-sena min-naħa ta’ Juventus jista’ jkun dak ta’ Aleksandr Golovin. CSKA Moscow lesti jbigħuh għal 25 milun Ewro flimkien ma’ perċentwali fuq il-bejgħ eventwali tiegħu fis-snin li ġejjin. Juventus jidhru disposti li jaslu l-iktar sa 18-il miljun Ewro. Id-differenza mhix wisq kbira, speċjalment jekk Juventus jaċċettaw li jagħtu d-dritt lil CSKA li jaqalgħu somma flus mill-bejgħ …

Golovin fil-mira ta’ klabbs kbar fosthom Juventus

MatthewJuve News Leave a Comment

Talent żagħżugħ ieħor spiċċa fil-mira ta’ Juventus. Aleksandr Golovin (22 sena) hu plejer ta’ nofs il-grawnd li jilgħab ma’ CSKA Moscow. Tliet snin ilu kien iddebutta mat-tim nazzjonali maġġuri tar-Russja. Juventus, Monaco, Chelsea u Manchester United iriduh b’saħħa. Ħafna huma konvinti li jekk ikollu wirjiet tajba fit-Tazza tad-Dinja, se tiżdied drastikament il-konkorrenza għall-akkwist tiegħu. Matthew Scerri