Niżel sew il-prezz ta’ Gotze

MatthewJuve News 1 Comment

Skont ‘Il Corriere dello Sport’ is-sena żvinturata li kellu ma’ Bayern din is-sena qed twassal biex tbaxxa sew il-prezz ta’ Mario Gotze. Allegatament il-prezz tiegħu hu issa ta’ madwar 20 miljun Ewro. Liverpool jidhru li huma l-favoriti nett li jiffirmawh, biss Juventus għadhom iriduh bis-saħħa. Matthew Scerri

Għadna rridu lil Gotze

MatthewJuve News Leave a Comment

Fuq l-ewwel paġna ta’ “Tuttosport” naqraw li għadu ħaj l-interess ta’ Juventus f’Mario Gotze. Il-Bianconeri fil-fatt jemmnu ħafna fit-talent tiegħu u jinsabu konvinti li magħhom jista’ verament juri x’jaf biex isir wieħed mill-aqwa plejers tad-dinja. Matthew Scerri

Jitkellem Mario Gotze

MatthewJuve News Leave a Comment

Mario Gotze kien wieħed mill-protagonisti tal-preseason ta’ Bayern Munich. Hu qal li jinsab interessat ferm li jara jekk l-affarijiet humiex se jinbidlu wara sentejn tassew diffiċli għalih. Hu reġa’ għamel referenza għall-fatt li fil-passat kien hemm rapporti ħżiena bejnu u Guardiola. Matthew Scerri

L-alternattivi għal Draxler

MatthewJuve News Leave a Comment

Marotta tkellem dwar alternattivi għal Draxler. Fost dawn hemm dejjem il-ħolma Mario Gotze. Fl-aħħar sigħat issemma ħafna Samir Nasri ta’ Manchester City li jidher li m’għadhux fil-pjanijiet tal-klabb tiegħu. Imbagħad hemm is-solti ismijiet ta’ Henrikh Mkhitaryan (Borussia Dortmund), Witsel (Zenit), Rabiot (PSG) u Guarin (Inter). Mhux eskluż lanqas li Juventus ma jieħdu lil ħadd u jilagħbu lil Coman jew Pereyra …

Marotta: “Għandna alternattivi oħra għal Draxler”

MatthewJuve News Leave a Comment

Beppe Marotta llejla kkonferma li Juventus ressqu offerta għal Draxler, liema offerta kienet tammonta għall-valur li Juventus ħassew li hu xieraq. Skont Marotta, kull klabb għandu d-dritt li jirrifjuta l-offerti li jaslulu. Fi kliemu Juventus m’għandhomx għaġġla għax fadal xahar sa tmiem is-suq tat-trasferimenti. Marotta temm jgħid li Juventus qed jikkunsidraw diversi plejers oħra apparti Gotze u Draxler. Matthew Scerri

U jekk finalment nieħdu lil Isco?!

MatthewJuve News 1 Comment

Apparti Gotze u Draxler, Juventus għadhom iridu b’saħħa lil Isco. Dan hu ħabib kbir ta’ Morata li milli jidher qed jagħmel pressjoni sabiex ikun jista’ jilgħab flimkien ma’ Isco bil-flokk Juventin. Barra minn hekk ma rridux ninsew li n-negozjati għal Gotze kulma jmur qed isiru dejjem iktar diffiċli, filwaqt li Juventus mhumiex wisq konvinti b’Draxler minħabba l-prezz teigħu u l-injuries …