U jekk nieħdu full-back minflok midfielder?

MatthewJuve News Leave a Comment

Wara li falla t-trasferiment ta’ Witsel, Juventus jista’ jkun li jibdlu l-istrateġiji tagħhom tal-mercato. Fil-fatt minflok midfielder jaf jieħdu full-back. Fil-fatt skont ‘Calciomercato.com’ l-akkwist ta’ Hermes min-naħa ta’ Benfica jista’ jwassal biex il-Portugiżi jbigħu lil Grimaldo. Fil-jiem li ġejjin għandu jkollna aktar informazzjoni f’dan is-sens. Matthew Scerri

Lirola u Grimaldo għal mal-linji mis-sajf

MatthewJuve News Leave a Comment

Par full-backs ġodda għat-tim Juventin mis-sena d-dieħla. B’Lichtsteiner, Evra u Dani Alves li kibru fl-età, Juventus iridu jibdew ifittxu full-backs ġodda. Mal-linja leminija mistenni jirritorna lura Pol Lirola mingħand Sassuolo. Mal-linja l-oħra, bħala sostitut għal Alex Sandro, Juventus qed jaħsbu f’Alejandro Grimaldo ta’ Benfica. Matthew Scerri

Juventus interessati ħafna f’Grimaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

‘A Bola’ qed jirrapurtaw li Juventus qed jagħmlu pressjoni ma’ Benfica sabiex jiksbu lil Alejandro Grimaldo. L-Ispanjol hu prodott tal-youths ta’ Barcellona. Jirriżulta li scouts ta’ Juventus ilhom isegwuh mil-qrib u hemm kuntatti kontinwi bejn il-Bianconeri u Benfica. Matthew Scerri

Juventus fost it-timijiet interessati f’Grimaldo

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-gazzetta ‘A Bola’ qed tirraporta li Juventus huma fost it-timijiet li jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi ta’ Alejandro Grimaldo, li jista’ jinħall mill-kuntratt tiegħu bil-ħlas ta’ 60 miljun Ewro. Fuqu hemm anki interess qawwi minn Barcellona, Real Madrid, Manchester City, Bayern Monaco u Manchester United. Matthew Scerri