Sarri-Guardiola. Tkompli titgħaqqad il-kobba

MatthewJuve News

Ikomplu jiżdiedu l-intriċċi b’rabta mal-ħatra tal-kowċ il-ġdid ta’ Juventus. Skont The Sun Chelsea qed jikkunsidraw serjament li jikkonfermaw lil Sarri bħala l-kowċ tagħhom anki fl-istaġun li jmiss. Fl-istess ħin, rapporti oħra li dehru fil-media Ingliża qed isostnu li Pep Guardiola jrid jitlaq lil Manchester City u jieħu sena sabbatika. Matthew Scerri

L-istorja dwar Guardiola tibqa’ b’saħħitha

MatthewJuve News Leave a Comment

Il-ġurnalisti li mhumiex parti mill-mainstream għadhom konvinti li Juventus qed jistennew lil Guardiola. Skonthom l-istrateġija ta’ Juventus hi li jistennew li toħroġ is-sentenza tal-Uefa dwar ksur tal-Fair Play Finanzjarju min-naħa ta’ Manchester City. Momblano tenna fuq Juventibus li għandu informazzjoni ċerta li Manchester City se jeħlu sentejn sospensjoni bla ma jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Barra minn hekk Manchester …

Jidher li kollox mexa għall-Ħamis jew il-Ġimgħa

MatthewJuve News Leave a Comment

Dik li kellha tkun is-Sarri Day finalment ħallietna mill-ġdid lampa stampa. Juventus għandhom ma ħabbrux l-isem tal-kowċ il-ġdid. Skont diversi sorsi mainstream, prinċipalment Tuttosport, l-aħbar li Sarri hu l-kowċ il-ġdid se tingħata nhar il-Ħamis u l-preżentazzjoni x’aktarx tkun il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju kif kien imbassar diversi ġimgħat ilu. L-indikazzjoni sa dal-punt huma li Chelsea lesti jħallu lil Sarri jitlaq mingħajr …

Għalfejn jista’ jkun Pep Guardiola l-kowċ il-ġdid ta’ Juventus

MatthewJuve News 1 Comment

L-istorja li se nwasslulkom dwar Pep Guardiola ftit li xejn sabet spazju fil-ġurnaliżmu mainstream Taljan (biex niftehmu it-tliet gazzetti tal-isports u Sky). Hi storja mibnija fuq dak li kitbu ġurnalisti oħrajn, uħud minnhom lanqas biss ma huma ġurnalisti sportivi kif se naraw. L-istorja tibda għall-ħabta ta’ Frar meta Luca Momblano, ġurnalist Taljan li spiss ikun fuq stazzjoni jismu Top Calcio …

Reqsin lejn tmiem l-istorja Sarri-Guardiola. Intro

MatthewJuve News Leave a Comment

Ninsabu ftit sigħat ‘il bogħod mill-bidu ta’ dik li mistennija tkun il-ġimgħa li matulha se nsiru nafu min se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Juventus. Min jgħid li se jkun Sarri. Min hu konvint li se jkun ħadd ħlief Guardiola. F’żewġ artikli separati se nippruvaw nagħmlu punt kemm dwar Sarri kif ukoll dwar Guardiola. Se nġibulkom il-fatti kollha kif nafuhom s’issa. …

Ma min iltaqa’ Paratici?

MatthewJuve News Leave a Comment

Din l-istorja tal-kowċ il-ġdid ta’ Juventus se nibqgħu niftakruha fit-tul. Aktar kmieni llum wassalnilkom il-filmat ta’ Paratici f’kaffetterija flimkien ma’ dak li qalu kien Bonaventura, il-Physical Trainer ta’ Manchester City. Ħafna rrimarkaw li fil-verità din il-persuna tista’ tkun  Valerio Giuffrida, espert legali fil-qasam tal-accounts. Ix-xebh bejn Buenaventura u Giuffrida hu tassew kbir. Matthew Scerri

Filmat ta’ Paratici waqt laqgħa ma’ Buenaventura ta’ Manchester City?

MatthewJuve News Leave a Comment

Kapitlu ieħor tas-saga Guardiola-Juventus. Online ġie mxandar filmat amatorjali ta’ Paratici f’kaffetterija fil-kumpanija ta’ Buenaventura, il-kap tal-Physical Trainers ta’ Manchester City. S’issa għadhom mhux magħruf id-dettalji ta’ dan il-filmat: fejn ittieħed, meta, etċ. Jekk kollox hu awtentiku, però, allura faċli li wieħed ikollu l-konferma li verament Juventus jinsabu f’taħdidiet ma’ Guardiola.

X’hemm wara l-intervista ta’ Guardiola?

MatthewJuve News Leave a Comment

Ikompli l-misteru tal-intervista lil Guardiola li Manchester City xandru fuq is-social media waqt il-ġurnata tal-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju. F’din l-intervista Guardiola jistqarr li għalih il-kampjonat Ingliż hu l-aqwa post fejn wieħed jista’ jaħdem bħala kowċ. Dejjem f’din l-intervista Guardiola ta x’wieħed jifhem li se jibqa’ ma’ Manchester City fis-sentejn li ġejjin. Ftit wara li tela’ online mill-ewwel bdiet tiċċirkola l-aħbar …

Aktar għidut dwar Guardiola

MatthewJuve News Leave a Comment

Lil hinn mill-ġurnaliżmu mainstream (biex niftehmu Sky u tliet gazzetti prinċipali tal-isports fl-Italja), ftit huma dawk li huma verament konvinti li Juventus iridu jaħtru lil Sarri bħala l-kowċ tagħhom. Il-ġurnalisti Momblano u Guelpa huma ċerti li Guardiola se jkun il-kowċ minflok Allegri, filwaqt li Sarri għalihom hu biss back-up plan f’każ li l-affarijiet ma’ Guardiola ma jmorrux kif mistenni. Momblano …